Il-MEPA : Kemm verament ser tinbidel?
Article from It-Torca.
Issa li il-ligi dwar il-MEPA ghaddiet mill-istadji kollha il-mistoqsijja fuq fomm kullhadd hija – kemm verament sejra tinbidel din l-Awtorita’ li f’ghajnejn il-kotra tac-cittadini Maltin ilha snin shah titlef il-kredibilita’?
Huwa minnu li kellna diskussjoni parlamentari intensiva. U grazzi ghas sehem pro-attiv tal-PL kellna xejn anqas minn tnax il seduta shiha dedikati lill istadju tal-kumitat tal-ligi. Seduti li fuq insistenza taghna flok sehhew f’xi kamra maghluqa il-boghod mill-media, inzammew kif ssuggerejna ahna fil-plenarja, halli kull min kien interessat – kif naf li kienu hafna – jkunu jistghaw jsegwu permezz tar-radju.
Kien hemm certi elementi li li ma kienx ghall PL innifsu lanqas biss kienu jiddahhlu fil-verzjoni finali tal-ligi.
• Il-htiega urgenti li nabbandunaw pjan ta’ struttura li qatt ma hadem u jew gie aggornat u minflok mmorru ghall kuncett ta’ SPATIAL PLANNING – ippjanar holistiku u komprensiv, li ghandu johloq sinergija shiha bejn l-entitajiet kollha governattivi u jigi ikkordinat mill-Kabinett tal-gurnata flok jhalli il-MEPA tghamel kollox hi fl-ippjanar. Xi haga li ilhom jaghmlu diversi pajjizi tal-UE fosthom l-aktar zviluppati bhal Olanda fost ohrajn u anki stati li ghadhom kif ‘twieldu’ bhall Kosovo. Ippjanar intiz biex jaghti gharfien akbar lill ispazji miftuha u jtejjeb il-kwalita’ tal-hajja tac-cittadini Maltin.
• Il bzonn li fil-MEPA jkollna ‘audit trail’ dwar files, halli forsi tinqata darba ghall dejjem id drawwa mishuta li ‘jintilfu’ certi files, kulltant marbutin ma progetti kbar, ghall konvenjenza ta’ min jkun jrid jaghmel chewing gum mit trasparenza li l-istess MEPA suppost timxi biha
• Il-htiega li il-MEPA tintrabat li titmexxa skond dawk li jissejjhu l-aqwa prattici Ewropej fi hdan l-UE i.e. EU best practices.
Izda fuq affarijiet ohrajn ta’ sustanza kbira il-Gvern qajla wera xi mpenn li jiccaqqlaq.
Il proposta taghna – kif kien mistenni – li jkollna awtoritajiet separate ghall harsien tal-Ambjent u tal-Ippjanar giet rifjutata. U dan minkejja li hija proposta li il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja ilha wkoll timbotta il-quddiem zmien twil halli l-Ambjent ma jibqax jkollu rwol kwazi purament konsultattiv fi hdan organizazzjoni li dejjem strahet izzejjed fuq l-ippjanar.
Izda ghar min hekk.
Wara li talabna ammont ta’ zmien biex ‘jistudja’ il proposta taghna sabiex jitwaqqaf Kumitat ta’ Skrutinju Parlamentari mmudellat fuq il-PAC – IL KUMITAT TAL-KONTIJIET PUBBLICI il-Gvern minflok ghazel li jwarrab dal-mudell propost u minflok jahtar kumitat b’poteri ferm aktar mnaqqsin – bil magguranza tal membri u bic-Chairman mahtura minnu.
Huwa kemxejn ironiku li propju lejliet il-vot parlamentari fuq l-emendi ghall din il-legizlazzjoni importanti, smajna fil-media lokali kif skond survey li ghamlet il-MEPA innifisha, permezz ta MEPA PUBLIC ATTITUDES SURVEY irrizulta li hemm aktar nies Maltin li ghandhom fiducja fl-impenn tal-Knisja Maltija ghall kontribut pozittiv taghha favur l-ambjent milli fil-MEPA innifisha. Filwaqt li 28% ohra minn dawk intervistati jemmnu li il-MEPA ma taghmel ebda differenza.
Ovvjament il-pubbliku u it-taxpayer Malti huwa herqan biex jkun jaf kif u kemm sejra tinbidel il-MEPA issa li ghaddiet din il ligi.
Mistoqsija ohra fuq fomm kullhadd hija jekk l-ambjent huwiex sejjer jibqa jew le ic-Cindirella tal-MEPA u appena l-awditur tal-MEPA jibda jiffunzjona fi hdan l-Ufficcju tal-Ombudsman huwiex sa fl-ahhar ser jibda jinghata widen, sostenn u appogg – specjalment ghar rakkomandazzjonijiet tieghu?
Billi il-korruzzjoni politika kif jispjega tant tajjeb Joseph Muscat ripetutament, ma hija xejn hlief taxxa ohra, nistennew li jkollna serhan ir-ras li fil-MEPA ma jigrux il-flus fis-safef differenti tal-organizazzjoni biex wiehed ‘jinqeda.’
Xi haga li darba wasslet Arcisqof Malti jghid li hemm il-fehma li il-flus jghaddu minn id ghall ohra biex jinhargu certi permessi.
Xniegha li tkompli tirranka meta wiehed jara kif kulltant tinbidel mill lejl ghan nhar il-life style u it-tip ta’ hajja li jghixu certi nies midhla tal-MEPA inkluzi certi impjegati tal-MEPA innifisha.
Jidher car li il-PM interess wiehed biss ghandu.
Li jhalli l-istess ghodda tal-‘power of incumbency’ f’idejh ghall meta tigi elezzjoni generali ohra. Kif gara bil-goff fl-elezzjoni tas sena 2008.
Kif wkoll li jimxi fir rigward tal-MEPA kif qed jaghmel bhalissa fir rigward tal-faqar f’pajjizna.
Billi jghid li dawn huma biss percezzjonijiet mhux sostanzjati li hemm bzonn jinbidlu f’mohh ic cittadini Maltin u Ghawdxin.
Ftit jiem ilu iltqajna wkoll fil-Parlament biex niddiskutu l-estimi annwali tal korporazzjoni kif wkoll ir rapport annwali, inkluz dak tac-Chairman u tal-Awditur.
Meta nergghaw niltaqaw bhall dan iz-zmien sena biex niflu ir-Rapport Annwali u l-Estimi ghas sena 2010 nittama li nkunu f’qaghda tajba bizzejjed biex naraw kemm verament inbidlu bil-fatti l-affarijiet fi hdan il-MEPA u jekk dan it-tibdil legizlattiv wassalx biex tinbena fiducja shiha u gdida fi hdan din l-organizazzjoni. Awtorita’ li ilha snin shah dejjem titbieghed mill principji bazici u ewlenin tal-MISSION STATEMENT ta’ meta twaqqfet originarjament.
Xi hadd min naha tal-Gvern biex jimla lill Perit Falzon bix xemgha, sejjahlu fi tmiem id Dibattitu – MISSIER IL-MEPA.
Kif qal xi hadd b’certu dahka cinika fuq fommu – LI NESA IL GVERN JGHID KIEN MIN KIENET ‘OMM’ IL-MEPA!!!
Please visit the article archive for a list of available articles.






