George Pullicino il-Ghostbuster
6th July 2010
Article from L-Orizzont.
George Pullicino ffissat fuq min huma dawk in-nies tekniċi li qegħdin jagħtu pariri lill-Partit Laburista dwar l-ambjent, it-tibdil tal-klima, l-enerġija alternattiva u l-istrateġija dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
Flok jikkritika dak li ngħidu aħna, jistaqsi lili jekk dak li ngħid jien jirrappreżentax il-fehma tal-PL; min huma l-konsulenti tagħna; għaliex ma nxandrux l-ismijiet tagħhom; u issa diska oħra ġdida, jekk fosthom hemmx min jista’ jkollu wkoll xi aġenda moħbija jew kunflitt ta’ interess f’dak li jkun qed jgħidilna.
Il-Partit Laburista mhuwiex daqstant beċċun li kulma jisma’ jagħmlu tiegħu, iżda min-naħa l-oħra nkunu qegħdin nagħmlu żball kbir jekk ningħalqu fina nfusna u nkomplu bid-drawwa antika li tidher li qiegħda taħkem lill-pajjiż li nippretendu li aħna l-politiċi għandna s-soluzzjoni għal kollox u li nistgħu ngħaddu mingħajr l-opinjoni u l-fehma ta’ nies tekniċi.
Il-ġimgħa li għaddiet George Pullicino ħareġ b’oħra ġdida. Li aħna qegħdin nuru nuqqas ta’ trasparenza meta ma nxandrux dawn l-ismijiet u li aħna mdawrin b’konsulenti sħaħar.Flok jikkritika dak li ngħidu aħna, jistaqsi lili jekk dak li ngħid jien jirrappreżentax il-fehma tal-PL; min huma l-konsulenti tagħna; għaliex ma nxandrux l-ismijiet tagħhom; u issa diska oħra ġdida, jekk fosthom hemmx min jista’ jkollu wkoll xi aġenda moħbija jew kunflitt ta’ interess f’dak li jkun qed jgħidilna.
Il-Partit Laburista mhuwiex daqstant beċċun li kulma jisma’ jagħmlu tiegħu, iżda min-naħa l-oħra nkunu qegħdin nagħmlu żball kbir jekk ningħalqu fina nfusna u nkomplu bid-drawwa antika li tidher li qiegħda taħkem lill-pajjiż li nippretendu li aħna l-politiċi għandna s-soluzzjoni għal kollox u li nistgħu ngħaddu mingħajr l-opinjoni u l-fehma ta’ nies tekniċi.
L-Ingliżi jħobbu jiddiskrivu nies bħall-Ministru Pullicino bħala nies “who want to shoot the messenger and not the message”.
Wara l-vendikazzjonijiet li għaddew minnhom nies li ħadmu magħna fl-imgħoddi kif ukoll meta wieħed iqis kif ġie ttrattat uffiċjal għoli tal-Bank Ċentrali talli ta opinjoni sekondarja minkejja li nstab li ma kiser ebda etika professjonali, aħna kif diġà għedt fuq il-mezzi tax-xandir, m’għandna l-ebda ħsieb li nagħmlu ħaruf tas-sagrifiċċju lil ħadd, indipendement mill-kulur politiku tagħhom, bħala prezz qares talli jkunu esprimew l-opinjoni purament teknika tagħhom magħna.
Dan l-aħħar ambjentalista li fl-ebda mod ma timmilita fi ħdan il-PL ġiet ikkwotata li qalet f’ġurnal lokali li ħafna attivisti fil-moviment li tagħmel parti minnu hi, jippreferu jaħdmu f’mod anonimu għax jibżgħu li jekk juru wiċċhom ikunu qegħdin jirriskjaw xi forma ta’ ritaljazzjoni. Din hi l-klima “demokratika” li fiha qed jopera pajjiżna llum taħt GonziPN.
Sadanittant lill-Ministru George Pullicino ngħidulu kkonċentra fuq xogħlok. Għamlu sew kemm tista’. Evitalna aktar ‘infringements’ mal-Unjoni Ewropea fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ministerjali tiegħek. U moħħok hemm. Ix-xogħol ta’ “ghostbusting” mhuwiex maqtugħ għalik George!
Il-kodici ta' etika tal-PBS
Billi dan l-artiklu qed niktbu bil-quddiem minħabba impenji ta’ safar parlamentari nittama li meta jidher f’l-orizzont sa dakinhar ikolli tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari li għadni kif għamilt lill-ministru responsabbli mill-PBS.
Il-Mistoqsija Parlamentari kienet tikkonċerna dwar: Jekk PBS għandhomx kodiċi ta’ etika?
Jekk jeżisti, meta nkiteb u meta l-aħħar li ġie aġġornat u jew emendat?
Xi strutturi jeżistu biex jiġi żgurat li jiġi nfurzat?
Jekk il-Ministru jistax iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Naħseb żgur taqblu miegħi li bħalissa mistoqsija simili hija forsi żmienha aktar minn qatt qabel. U bħali żgur tafu għalxiex qed ngħid dan!
Ta' xiex hi responsabbli Giovanna Debono?
Giovanna Debono għandha fama li tidħol f’oqsma li ma jaqgħux taħtha iżda tfarfar malajr meta jkun hemm kwistjonijiet li jolqtu direttament lil Għawdex li jistgħu jtellfuha xi voti jew ipinġuha kerha ma’ ċerti nies.
Fuq il-kwistjoni tal-arranġamenti ġodda u tariffi ġodda għall-biċċiet tal-baħar fl-Imġarr qalet li ma ħassitx il-bżonn li tqajjem din il-kwistjoni fil-Kabinett għax ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Dwar ‘wind farms’ f’Għawdex qalet li ma tħossx li f’dan l-istadju għandha tifforma opinjoni kategorika jekk hijiex favur jew le anke jekk studji indipendenti juru li proġett simili jkun vijabbli.
Iżda mbagħad meta niġu għan-nies li jaħdmu fl-Isptar ta’ Għawdex għadni niftakar qisu lbieraħ nisma’ lill-Ministru John Dalli jammetti fuq “DISSETT” li għal xi raġuni l-impjegati ta’ dan l-isptar ma kinux jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, iżda taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Ftit ilu wieħed Għawdxi għamilli definizzjoni ċinika tad-differenza bejn Anton Tabone u Giovanna Debono bħala Ministri Għawdxin.
Tabone kien meqjus Ministru għal Għawdex. Filwaqt li Giovanna hija meqjusa bħala Ministru tal-Għawdxin fl-aktar mod parrokkjali li wieħed jista’ jimmaġina.
Jum San Gwann
Minkejja li għaddejja t-Tazza tad-Dinja fl-aqwa tagħha, ħadt gost nattendi kunċert f’ġieħ Jum San Ġwann li ġie mtella’ mill-kunsill lokali bis-sehem ta’ Miriam Mamo u Anthea Borg.
Il-programm varjat li ħejjew, flimkien mal-okkażjoni soċjali nnifisha għamlu minn din l-okkażjoni lejla verament pjaċevoli.
Please visit the article archive for a list of available articles.






