Home | Sitemap | Contacts

Il-Prim Ministru jipprova jghaddi lin-nies tan-nofs-in-nhar ta’ malta biz-zmien

16 March 2010
Il-bierah il-Prim Ministru ipprova jghaddi lin-nies tan-Nofs in-Nhar ta’ Malta biz-zmien meta qal li l-Cable Link tal-elettriku ma’ Sqallija huwa intiz biex il-Gvern ma jkomplix jghabbi lin-nies tan-Nofs in-Nhar ta’ Malta bid-dipendenza fuq il-power stations. Dan meta skont L-ISTRATEGIJA NAZZJONALI DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA l-Gvern huwa kommess li apparti mill-estensjoni tal-Power Station, ghandu pjani biex irrispettivament mil-link ma’ Sqallija, jaghmel ‘impjant gdid’ f’Delimara li skond Pagna 45 tar-Rapport ghandu jonfoq fuqha €180m fis sena 2013 u €200m fis-sena 2018.

Apparti l-fatt li l-impjant tal-Marsa ma jistax jinghalaq qabel ma jitwaqqaf is-submarine cable ma’ Sqallija, u mhux vici-versa, ta’ min wiehed jinnota wkoll li:

• il-figuri li semma il-Prim Ministru il-bierah fuq l-infieq propost ghal-link ma’ Sqallija ma jaqblux ma dawk ta’ €200m msemmijja fir-RAPPORT DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA
• il-Prim Ministru ma semma b’ebda mod li skont l-istrategija nazzjonali dwar l-iskart solidu huwa mahsub li jinbena INCINERATUR GDID f’Delimara qrib il-Power station ezistenti
• ghalkemm il-Prim Ministru ipprova jserrah ras in-nies li se nnaqqsu id-dipendenza taghna fuq il-power stations permezz tal-wind farms, il-Ministru Pullicino diga’ wera dubbji serji pubblikament, kemm se tkun vijabbli il-wind farm principali tas-Sikka l-Bajda li fuqha ghad baqa’ sentejn ta’ studji xi jsiru qabel wiehed jkollu rizultati konkreti dwarha.

Jidher car li dan id-diskors tal-Prim Ministru kien intiz biss biex jqawwi qlub in-nies u jghollilhom il-moral, fi zmien meta jinsabu mghaffgin bil-mizuri introdotti mill-Gvern tieghu, kif wkoll meta jinsabu mhassbin serjament bit-telqa ambjentali li kompliet tikber f’pajjizna minn kemm ilu li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ha ir-responsabbiltà diretta f’idejh ta’ dan is-settur minghand il-Ministru George Pullicino.

Xi haga li kkonfermaw ghadd kbir ta’ ghaqdiet ambjentali f’dawn l-ahhar jiem.

Mhux ta’ b’xejn li il-media tal-PN u dik simpatetika lejh, hallew dawn il-partijiet barra mir rappurtagg taghhom tad-diskors tal-Prim Ministru.

Please visit the news archive for a list of available news.