Home | Sitemap | Contacts

Il-Gvern tilef opportunità ta’ riforma vera tal-MEPA

20 March 2010
Ir-riforma tal-MEPA li giet approvata mill-Parlament illum hija minghajr sens ta’ vizjoni u mhi se twassal ghall-ebda tip ta’ bidliet radikali fil-mod kif thaddmet il-MEPA sal-lum.

Ironikament, ir-riforma tal-MEPA li giet approvata mill-Parlament illum sehhet ftit sighat biss wara l-approvazzjoni tal-istuprju ambjentali li issa ghandu l-benedizzjoni tal-MEPA fid-Dwejra, Ghawdex.

F’ebda hin matul id-diskussjoni Parlamentari n-naha tal-Gvern ma wiegbet ghall-isfida cara li saritlu, dik li jghid liema skandli ambjentali li sehhew matul l-ahhar snin bl-hekk imsejha riforma tal-MEPA li giet approvata llum.

Fl-istess zmien ta’ din id-diskussjoni wkoll il-Gvern hareg ikanta vittorja ghax il-Kummissjoni Ewropea waqqghet il-proceduri kontra Malta fir-rigward tat-twessiegh taz-zoni tal-izvilupp. Madankollu dan juri kemm il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ma jinteressahx mill-ambjent imma jinsteressah biss mill-hajja politika tal-partit tieghu. Dan ghax il-Kummissjoni Ewropea argumentat b’mod car li waqqghet il-proceduri kontra Malta ghax dak li sar fl-2006 kien tkomplija ta’ process li beda fl-1992, u jigifieri qabel l-2004 meta Malta dahlet fl-Unjoni
Ewropea. Dan hu attegjament tal-misthija u ‘l boghod hafna mill-ispirtu li kellha tiggwida din ir-riforma.

Fl-istess hin spikkat l-arroganza ta’ Lawrence Gonzi u l-Gvern Nazzjonalista li warrab ghal kollox il-proposti konkreti u fattibbli tal-PL.

Il-PL ressaq tliet proposti:

1. Il-MEPA ghandu jkollha agenzija ghall-harsien tal-ambjent separata mid-driegh tal-ippjanar, minflok zewg direttorati f'awtorità wahda kif ghandna llum. Dan biex jigi zgurat bilanc xieraq bejn il-htigijiet tal-ambjent u tal-izvilupp ta' pajjizna fi sfond ta zvilupp sostenibbli.

2. Flok semplici kumitat ta' monitoragg, ghandu jkun hemm kumitat parlamentari ta’ skrutinju immexxi mill-Oppozizzjoni immudellat fuq il-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici bi dritt li jiskrutinja il-policies mhaddma minn dawn iz-zewg awtoritajiet kif wkoll biex jaghmel skrutinju tan-nies nominati biex jservu fuq bordijiet u kummissjonijiet tal-MEPA kemm mill-aspett tekniku u anki ta' integrità.

3. Ghandu jigu mwarrab il kuncett antikwat ta' pjani ta' struttura u minfloku jiddahhal kuncett li pajjizi ohrajn tal-UE ilhom jhaddmu mis snin disghin ta' SPATIAL PLANNING li permezz tieghu li jigbor flimkien l-ippjanar, il htigijiet tac-cittadini komuni, l-ispazji ta' madwaru u l-izvilupp sostenibbli.

Madankollu, b’dispjacir kbir, Lawrence Gonzi kompla jisforza riforma li effettivament se tbiddel ftit li xejn u mhix se twassal ghall-harsien ambjentali u zvilupp sostenibbli kif mehtieg.

Please visit the news archive for a list of available news.