Bzonn ta’ gharfien shih tal-ilma bhala rizors strategiku ghall-pajjizna
Il-Partit Laburista jinghaqad ma’ dawk il-forzi kollha progressivi li llum qeghdin jfakkru il-Jum Dinji dwar l-Ilma, inizjattiva li nibdtet mill-Konferenza tal-Gnus Maghquda dwar l-Ambjent u l-Izvilupp li nzammet f'Rio de Janeiro fis sena 1992.
Filwaqt li nemmnu li hemm bzonn gharfien shih tal-ilma bhala risors strategiku ghall pajjizna, nheggu lill Gvern biex fl-istudji u stharrig li ghadu qed jaghmel dwar l-adattazzjoni ghat-tibdil tal-klima jzomm f'mohhu dak li intqal iswed fuq l-abjad fil-WHITE PAPER tal-UE dwar it-tibdil tal-klima li filwaqt li in-Nofs in-Nhar tal-Ewropa huwa wiehed mill-aktar zoni li jistghaw jintlaqtu hazin mill impatt tat-tibdil tal-klima fuq l-ilma, dan it-tibdil huwa mistenni li jgib tibdil sinjifikanti kemm fil-kwalita' kif wkoll fil-provvisti tar-rizorsi tal-ilma tal-pajjizi f'dan ir-regjun.
Skont studji tal-istess UE mhux biss mistennija tigi effettwata il-kwantità tal-ilma minhabba t-tibdil tal-klima, izda wkoll twassal ghal temperaturi tal-ilma aktar shan, u nixxieghat tal-ilma aktar baxxi (low water flows) flimkien ma’ zieda ta' sustanzi li jniggzu fl-ilma li jistghaw jeffettwaw hazin l-ekosistemi taghna tal-bahar.
Please visit the news archive for a list of available news.






