Il-PM jew maqtugh mir-realtà jew irid jqarraq bil-poplurealtà
24 March 2010
Mid-diskors isteriku li ghamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fi tmiem il-gimgha fejn ipprova jirredikola il-proposta konkreta tal-PL biex pajjizna jibda jimxi fil-passi ta' ghadd kbir ta' pajjizi membri ohra tal-UE, billi bhala riforma vera tal-MEPA ghandu jibda jkollna awtoritajiet separati ghall-Ambjent u l-Izvilupp. Jidher car li jew Lawrence Gonzi jinsab maqtugh mir-realtà jew inkella li jrid jqarraq mill-gdid bl-elettorat.Harsa fuq fuq lejn ghadd kbir ta' stati membri fl-UE turi li fost pajjizi ohrajn, jezistu awtoritajiet u agenziji separati ghall-ambjent u l-izvilupp. Dan kif jixhdu dawn l-ezempji ta' pajjizi fejn ghandhom agenziji ghall-harsien tal-ambjent separati minn dawk tal-izvilupp: Awstrija, Danimarka, l-Olanda, l-Italja, l-Isvezja, ir-Renju Unit, Germanja, l-Irlanda.
Fl-ebda wiehed minn dawn il-pajjizi ma qatt inhasset il-htiega tal-hrafa li hareg biha il-Prim Ministru li biex jeliminaw il-konfuzjoni li huwa qed jghid li dawn jistghaw jwasslu ghalihom, jkun hemm bzonn ta' tielet awtorita' biex tara min ghandu ragun jew le jew inkella biex tnaqqas il-burokrazija.
Ir-raguni veru ghaliex il-Prim Ministru Gonzi qed jipprova jsib ix-xaghra fl-ghagina f'dan kollu gejja mill fatt li:
• Irid jirredikola din il-proposta ghax hija idea innovattiva li qed jimbotta il-quddiem il-PL.
• Irid jhalli l-ambjent relegat bhala ic-cindirella tal-izvilupp flok jfittex bilanc xieraq bejn ambjent u zvilupp kif qatt ma sehh fir-realta' fi hdan il mepa sal-lum
• Irid li jkompli l-izbilanc ezistenti fi hdan il-MEPA favur l-izvilupp a skapitu tal-ambjent
• Jibza’ li b'dawn is-separazzjonijiet tal-awtoritajiet jkun hemm anqas lok ghall-abbuz
• Qed jibza’ mit-trasparenza shiha
• Qed jigi jaqa’ u jqum mill-fatt li f'Lulju tas-sena l-ohra kienet l-istess kummissjoni ambjent tal-Knisja Maltija li harget bi proposta simili biex jkollna awtorità differenti ghall-Ambjent u l-Izvilupp
Fir-realtà il-Prim Ministru qed jkun distruttiv, divisiv u partiggjan billi qed jipprova joqtol din l-inizjattiva Laburista u jhalli l-istess toqob ezistenti fis-sistema tal-MEPA jkomplu jipprevalu, bit-tama li dak li gara fl-ahhar elezzjoni f'dak li ghandu x'jaqsam ma 'power of incumbency'
jkun jista’ jigri mill-gdid meta tkun riesqa l-elezzjoni generali li jmiss.
Please visit the news archive for a list of available news.






