Il-PL jitlob dibattitu parlamentari dwar ‘ir-rapport ambjentali’ ghas-sena 2008
31 March 2010
Stqarrija mid-Deputat Laburista Leo Brincat, Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Ambjent, l-Izvilupp Sostenibbli u t-Tibdil tal-KlimaIssa li ghadu kif gie ppublikat ‘THE ENVIRONMENT REPORT’ ghas-sena 2008, il-Partit Laburista jhoss u jemmen li biex dan id-dokument tekniku ma jintesiex ftit jiem biss wara li gie ppubblikat, il-Gvern ghandu jilqa’ stedina tal-PL biex jsir dibattitu parlamentari fl-iqsar zmien possibbli dwar ir-rapport innifsu – minghajr ma jittiehed ebda vot - u dan aktar u aktar billi skond is-Segretarju Parlamentari Dr Mario de Marco ghad iridu jghaddu madwar tmintax-il xahar sakemm il-Gvern ikun hejja il-politika ambjentali nazzjonali l-gdida kif qed ikun propost.
Minkejja li ir-rapport huwa bbazat fuq ‘data’ ta’ sentejn ilu, huwa fl-interess pubbliku u nazzjonali li biex pajjizna jiehu l-beneficcju shih tar-rapport ghandna nezaminaw flimkien:
x’azzjoni immedjata ghandha tittiehed fl-aktar oqsma sensittivi u vulnerabbli tal-ambjent Malti u Ghawdxi;
niddiskutu ir-road map li bihsiebu jsegwi il-Gvern innifsu fl-ahjar interess nazzjonali ghal kwalità ambjentali mill-aqwa; niflu ir-rakkomandazzjonijiet proposti ghan-nuqqasijiet identifikati; kif wkoll nidentifikaw x’ghandna nistennew mill-istakeholders ewlenin ta’ pajjizna, fost affarijiet ohra fejn jidhol il-holqien tal-“green jobs” u t-tishih ekonomiku li dan ghandu jgib mieghu.
Il-PL jittama li wara li jigi diskuss dan ir-rapport tkun tista’ ssir wkoll id-diskussjoni parlamentari mwieghda dwar l-istrategija dwar l-immaniggjar tal-iskart solidu.
Please visit the news archive for a list of available news.






