Tberbiq ta flus il-poplu f riklami ta ingann dwar l-emissjonijiet u l-energija
15 April 2010
Il-Partit Laburista u l-poplu Malti mhuwiex impressjonat bit-tberbiq ta' flus il-poplu f'riklami ta' ingann li qed taghmel l-Enemalta bhalissa fir-rigward tat-tnaqqis fl-emissjonijiet li mistenni jintlahaq ladarba tkun qed topera l-Power Station il-gdida f'Delimara.L-istorja bl-Enemalta u dak kollu li qed ikollu jaffaccja l-poplu minhabba l-inkompetenza ta' GonziPN u l-akkolti tieghu fil-qasam ta' l-energija u ambjent, partikolarment it-tnaqqis fl-emissjonijiet mill-impjanti tal-generazzjoni tal-elettriku, hija ferm aktar imhawda u kkumplikata minn kif GonziPN jixtieq li tidher fir-riklami.
U dan apparti mill-kaz skandaluz tal-BWSC u l-kummissjonijiet li kien hemm ghaddejjin biex wara kollox pajjizna se jispicca jadotta teknologija esperimentali.
Filwaqt li nawguraw li fil-fatt l-emissjonijiet varji fl-ambjent jonqsu, inkluzi t-trabijiet, ma nistghux ma nfakkrux il-poplu li jibqa' l-fatt li GonziPN mar ghat-teknologija li thammeg l-aktar meta gew biex jittiehdu d-decizjonijiet ghall-power station il-gdida f'Delimara. BWSC apparti, GonziPN mar kontra kull parir tekniku serju fejn kien ilu jigi sostnut li s-sistema ghall-generazzjoni tal-elettriku f'pajjizna mhux biss tehtieg taqliba strutturali minn fuq s'isfel biex tkun konformi ma' bosta aspetti tal-legislazzjoni Ewropeja dwar l-uzu tal-energija u l-emissjonijiet fl-ambjent, imma kien ilu jigi rakkomandat li ghadhom jittiehdu passi kemm jista' jkun malajr sabiex naqilbu ghal sistema li taghmel uzu mill-gass, partikolarment mal-gheluq tal-Power Station tal-Marsa. U dan tal-inqas mis-sena 2006 meta l-Enemalta stess ippubblikat l-Electricity Generation Plan 2006-2015.
Anke l-Istrategija Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima titlob car u tond li pajjizna, ekonomikament u anke mill-lat ambjentali, kien aktar jaqbillu jinvesti f'infrastruttura li topera bil-gass. Imma minflok ittiehdet azzjoni immedjata, GonziPN tnikker, iccassa lejn il-problema jew dahhal rasu fir-ramel u rrifjuta li tezisti problema.
Rigward l-emissjonijiet ta' carbon dioxide ghadu mhux spjegat car bizzejjed jekk bit-teknologija tal-BWSC l-Enemalta hux se tkun f'qaghda ekonomikament vijabbli biex tkopri l-operat taghha u l-obbligazzjonijiet fir-rigward ta' dawn l-emissjonijiet li jikkagunaw it-tibdil klimatiku kif mitlub taht il-Pakkett dwar il-Klima u l-Energija li ghadu kif gie approvat mill-Unjoni Ewropea. Li jonqsu l-emissjonijiet ta' carbon dioxide huwa mixtieq u importanti imma dan irid isehh f'konformita' ma' dan is-sett ta' legislazzjoni gdida tal-istess Unjoni. L-istess japplika ghal kaz ta' l-emissjonijiet ta' sulphur dioxide u nitrogen oxides, fejn pajjizna ghandu "capping" taht id-Direttiva maghrufa bhala National Emissions Ceilings Directive li tistipula ezatt l-ammont ta' emissjonijiet ta' dan it-tip li ma jistax jinqabez. Huwa mistenni li kull revizjoni f'din id-Direttiva, bhalissa jew fis-snin li gejjin, ghandha ggib maghha "capping" aktar baxx u allura inqas emissjonijiet li jkunu permissibbli.
Illum pajjizna qieghed fi stat fejn is-sistema tal-generazzjoni tal-elettriku tinsab f'qaghda mill-aktar imwieghra. Kieku GonziPN mexa' bil-ghaqal matul dawn l-ahhar snin fis-settur ta' l-energija u ma kkommettiex ruhu abbuzivament ghal progett ta' estensjoni tal- power station li tahdem bil-heavy fuel oil, u lahaq investa f'infrastruttura ghall-gass, l-emissjonijiet li llum qed jiftahru bihom GonziPN u d-dirigenti ta' l-Enemalta kienu jkunu progettati bhala hafna inqas.
Please visit the news archive for a list of available news.






