Home | Sitemap | Contacts

Ic-cumnija tal-incineratur tal-isptar ta’ San Luqa ghadha ddahhan

19 April 2010
Ghalkemm il-Gvern ilu zmien twil li ddikjara li l-incineratur tal-Isptar San Luqa ilu li gie zarmat mill-ewwel gimgha tax-xahar ta’ Dicembru tas-sena 2007, sal-gimgha li ghaddiet stess (kif jixhdu dawn ir-ritratt annessi) ic-cumnija baqghet ddahhan f’diversi waqtiet b’inkonvenjent ghar-residenti tal-Pieta’, Msida, Ta’ Xbiex u tas sidien tal- ingenji tal-bahar fil-Yacht Marina li hemm fil-qrib.

Minkejja li anki il-Kunsill Lokali Nazzjonalista ta’ Tal Pieta’ kien talab spjegazzjoni dwar dan, qatt ma inghatat twegiba pubblika u/jew spjegazzjoni ufficjali dwar l-uzu prezenti ta’ dan l-appart min-naha tal-Gvern innifsu.

Ta’ min jfakkar li il-Gvern kien kostrett jaghlaq dan l-incineratur wara li l-UE kienet fethet proceduri ta’ infringements kontra tieghu minhabba ksur tad-direttivi tal-istess UE.

Ghalkemm huwa fatt maghruf li dak li jissejjah ‘clinical waste’ suppost li qed jigi ttrattat fl-incineratur tal-Marsa li hemm qrib il-biccerija, wiehed jistenna dikjarazzjoni kategorika min-naha tal-Gvern meta din ic-cumnija sejra tispicca ddahhan ghall-kollox u x’qed jwassal biex ic-cumnija tkompli ddahhan kif ghada taghmel sa dawn il-granet stess.

Jekk dawn il-boilers ghadhom jintuzaw biex jsahhnu l-ilma ghall kazijiet socjali li ghad hemm gewwa il-bini tal-ex sptar San Luqa il-Gvern ghandu jiehu il-passi kollha biex ir-regoli tas-sahha ambjentali jigu rispettati.

Please visit the news archive for a list of available news.