Il-Partit Laburista jaghti l-appogg shih tieghu lil Earth Day 2010
23 April 2010
Filwaqt li l-Partit Laburista jaghti l-appogg shih tieghu lil Earth Day 2010 jemmen li erbghin sena wara li beda jigi mfakkar dan il-jum id-dinja tinsab f’periklu akbar minn qatt qabel fil-qasam ambjentali. Filwaqt li t-tibdil tal-klima joffri l-akbar sfida ta’ zminijietna joffri wkoll opportunita’ tad-deheb biex flimkien nkunu nistghu nibnu ekonomija aktar b’sahhitha ibbazata fuq energija nadifa ghal gejjieni ahjar.Earth Day 2010 ghandha tghin biex taghti spinta lill-policies taghna fil-qasam tal-ambjent, tal-klima, tal-efficjenza fl-uzu tal-energija, fl-energija alternattiva u anki fil-holqien ta’ impjiegi hodor – msejha green jobs.
Filwaqt li ir-responsabbiltà principali taqa’ fuq il-gvernijiet ta’ kull pajjiz hemm bzonn mobilizzazzjoni ahjar tas-settur privat, tal-akkademici, tal-korporazzjonijiet u anki ta’ dawk l-individwi li jhossu li dan kollu jista’ jwassal ghall-kwalità ta’ hajja ahjar halli mill-ftit li nistghu nikkontribwixxu ghall-holqien ta’ ekonomija globali hadra.
Please visit the news archive for a list of available news.






