Home | Sitemap | Contacts

F Jum il-Biodiversità il-Gvern Malti mheggeg jippubblika il-pjan ta azzjoni nazzjonali tieghu dwaru

23 May 2010
Illum s-Sibt 22 ta' Mejju jahbat il-Jum Internazzjonali tal-Biodiversita'. Din is-sena din ghandha importanza akbar ghaliex ninsabu fis-sena internazzjonali tal-biodviersita' tal-Gnus Maghquda.

Il-Gvern Malti huwa mheggeg biex f'dan il-jum importanti ghall-ekosistemi ta' pajjizna u fid-dinja ta' madwarna, jippubblika l-pjan nazzjonali tieghu dwar dan is-suggett - jekk jezisti - li huwa marbut direttament wkoll mal-izvilupp uman, ekonomiku u socjali fuq livell sostenibbli. Ta' min jinnota li ghadd ta' pajjizi ohra tal-UE ghandhom pjani simili li qed jigu implimentati u/jew li jonqoshom jigu formalment addottati.

Filwaqt li wiehed jiehu nota tal-fatt li ftit jiem ilu il-Gvern habbar li ser iniedi kampanja ta' gharfien pubbliku dwar dan is-suggett vitali u topiku, billi f'pajjizna wiehed minn nuqqasijiet taghna dejjem kienet l-impliminteazzjoni ta' hafna xewqat sbieh tal-gvern tal-gurnata, issa nistennew fatti konkreti dwar suggett li jolqot l-ispeci u il-habitats mhedda.

Dan aktar u aktar meta sa ftit ilu il-Gvern Malti kien sahansitra naqas milli jghaddi tgharif importanti dwar dan is-suggett fil-hin lill-UE.

Ninsabu perswazi li, li ma kienx ghall ghadd ta' direttivi tal-UE kieku il-qaghda mwieghra ta' pajjizna fil-qasam tal-biodiversita' kienet tkun ferm aghar.

Please visit the news archive for a list of available news.