Home | Sitemap | Contacts

Aktar thassib dwar l-aspett ambjentali tal-estensjoni tal-Power Station

10 July 2010
Fil-laqghat ta' konsultazzjoni pubblika li saru dan l-ahhar, ufficjali tal-MEPA, fosthom ic-Chairman Austin Walker , ippruvaw iserrhu ras ic-cittadini Maltin li ma hemmx ghalfejn wiehed jinkwieta jekk u meta jinhareg il-permess tal-estensjoni tal-power station ta' Delimara , ghax dan ser jkun suggett ghall awditjar intensiv bhala parti mill hekk msejjah “INTEGRATED POLLUTION PREVENTION AND CONTROL”.

Meta kien mitlub jghid meta nhareg l-permess tal-IPPC tal-power station ta' Delimara, li issa ilu jopera ghall ghadd kbir ta' snin, u kemm il-audit dettaljat sar dwar dan l-impjant, il-Prim Ministru wiegeb li :

a) Il-permess tal-IPPC tal-power station ezistenti ta' Delimara nhareg biss f'Marzu ta’ din is-sena.
b) Ikkonferma li ghadu ma sar l-ebda audit dettaljat fuq l-impjant tant li fi kliemu stess l-ewwel audit dettaljat huwa skedat ghal iktar tard din is-sena.
c) Ammetta li lanqas biss hemm nies teknici biex jsir dan ix xoghol professjonali tant li l-MEPA harget sejha ghall-tenders ghall enginiera kwalifikati biex fost l-ohrajn ikunu jistghu jaghtu assistenza teknika waqt dan l-audit.

Meta wiehed izomm f'mohhu s-snin shah kemm ilha topera il-power station ta' Delimara minghajr IPPC Permit u awditjar kif suppost u in nuqqas ta' azzjoni konkreta li ttiehdet biex jigu ndirizzati dawn l-aspetti ambjentali urgenti, hadd ma ghandu jlumna jekk nikkonkludu li b'din it-twegiba il-Prim Ministru aktar ta' lok biex ihasseb aktar lin-nies minflok iserrhilhom rashom.

Please visit the news archive for a list of available news.