Home | Sitemap | Contacts

Il-Pjan t Azzjoni dwar l-Energija Alternattiva – Aktar Mistoqsijiet milli twegibiet

20 July 2010
Il-Gvern Malti kellu sa tmiem Gunju biex jissottometti il-pjan ta’ azzjoni dwar l-energija alternattiva lill Kummissjoni Ewropeja.

Izda mhux biss ma ghamilx dan fil-hin, talli waqt diskussjoni fil-Parlament nhar l-Erbgha 7 ta’ Lulju il-Ministru Pullicino habbar li kien bihsiebu jaghmel dan “fil-jiem li gejjin”.


Issa rrizulta li dan il-pjan gie mibghut lill UE bid data tas- 6 ta’ Lulju 2010, lejliet id-dibattitu parlamentari li fih il-Ministru ddikjara li d-dokument kien ghadu qed jigi finalizzat.

Minflok kellu id-dicenza jghid x’wassal ghal dan id-dewmien, il-Gvern ghazel li ma jghid xejn lil hadd, u c-cittadini Maltin saru jafu bih biss b’cikka permezz ta’ web site tal-UE.

Ghalhekk huwa legittimu li wiehed isaqsi:

- X’wassal lil-Gvern biex izid il-miri tieghu b’aktar minn 1% f’temp ta ftit xhur meta figuri ppublikati l-gimgha li ghaddiet juru li Malta s’issa kienet u ghada l-aktar pajjiz fl-UE kollha li lanqas pproduciet energija alternattiva – tant li il kontribuzzjoni taghna hija biss ta’ 0.2% sas-sena 2008?

- X’garanzija ghandna li l-miri l-godda tal-Gvern sejrin jintlahqu meta tul diversi medded ta’ zmien f’dan il perijodu irridu nilhqu diversi ‘interim targets’ ohra?


- X’serrhan il-mohh jista jipprovdilna il-Gvern li mhux ser inkunu soggetti ghall penali iebsin jekk ma nilhqux dawn il-miri, aktar u aktar meta l-penali tal-UE ma jkunux ta’darba, izda jibqaw ghaddejjin sakemm it-targets mwieghda effettivament jigu milhuqa?

- Kif nistghaw nserrhu rasna li parti sew minn dawn il miri sejrin jintlahqu permezz ta’ uzu akbar tal-biofuel meta sal lum u tul is-snin l-uzu tieghu naqas minflok kiber?

- Billi l-Gvern Malti sejjer jistrieh hafna fuq energija mix-xemx biex jilhaq il-miri tieghu, kif nistghu nserrhu rasna dwar dan meta:

(i) Is-sistema tal-fotovoltajici qed tahdem bl-iskossi.

(ii) Il-Gvern ghadu ma dahhalx l-hekk msejha ‘feed in tariffs’ bhala incentive
ghall minn juza l-energija alternattiva.

(iii) Meta l-firxa tal-uzu tas-solar water heaters hija difficli li tikber fic-cirkustanzi tal-lum, billi hija means tested, u hafna drabi dawk interessati li japplikaw ghaliha huma eskluzi milli jaghmlu dan, filwaqt li dawk eligibbli ma ghandhomx wisq mezzi biex jaghmlu dan?

- Il-Gvern kif qieghed jistrieh fuq energija alternattiva mill-wind farms, meta ghadna ma nafux jekk l-istudji dwar l-akbar wahda pprogettata fosthom, dik tas SIKKA L-BAJDA, humiex ser jwasslu imkien?

- Kif nistghu nistriehu fuq il-weghda ta’ EKO GHAWDEX meta dan il-progett ghadu biss nofs lehja u fuq il-karta, u hafna affarijiet strambi li qed jsiru fuq dik il-gzira jmorru kontra kull kuncett ambjentali u ta’ energija alternattiva?

Il-Gvern Malti kien fid dmir li flok jinheba wara dokument li sirna nafu bih grazzi biss ghall sezzjoni partikulari tal-media lokali, missu ghamel dan pubbliku minnufih.

Jista’ jkun li l-Gvern Malti ghazel din it-triq tal-habi biex jevita li jkompli jhammar wiccu dwar kemm ma ghamel xejn bil-fatti f’dan il-qasam.

Please visit the news archive for a list of available news.