Home | Sitemap | Contacts

Il-gvern imheggeg jillegizla dwar il-bdil tal-klima

25 February 2009
Il-gvern Malti huwa mheggeg biex jikkunsidra attivament li jimxi fil-passi ta’ gvernijiet ohrajn tal-UE, bhar-Renju Unit, billi jhejji abbozz ta’ ligi – f’forma ta’ white paper – li jkun jista jigi diskuss u maqbul ma’ l-istakeholders kollha f’pajjizna, partikularment dawk fil-qasam ambjentali halli l-Parlament Malti jkun jista jillegizla dwar il-bdil tal-klima.

Dan bil-ghan li :

- it-targets u il-miri li rridu nilhqu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ carbon dioxide jkunu marbuta bis-sahha ta’ ligi approvata mill-Parlament
- mill-istess ligi johorgu pjani ta’ azzjoni konkreti dwar kif ghandhom jintlahqu dawn l-ghanijiet
- jiddahhal fis-sistema parlamentari taghna rappurtagg annwali mill- Gvern dwar xi jkun sar matul kull sena amministrattiva f’forma ta’ ‘annual progress report’
- l-ghola istituzzjoni tal-pajjiz tpoggi fuq il-Gvern l-oneru li jevalwa u jidentifika b’mod trasparenti l-impatt li il-bdil tal-klima jista jkollu fuq pajjizna kemm f’mod holistiku kif wkoll fuq livell settorali ez turizmu, immigrazzjoni illegali, biedja, rizorsi tal-ilma etc.

Il-Partit Laburista qed jipproponi li jitwaqqaf Kumitat ta’ Esperti sabiex jitfassal u jitwettaq pjan ta’ hidma li ghandu jwassal ghal abbozz ta’ ligi dwar it-Tibdil fil-Klima. Dan il-Kumitat ghandu jinhatar bl-approvazzjoni tal-Gvern u l-Oppozizzjoni u ghandu jitqies bhala “think tank” ewlieni f’pajjizna dwar il-fenomenu tat-Tibdil fil-Klima. Dan filwaqt li jikkoordina xogholu ma’ entitajiet diga’ ezistenti u li qed jaghmlu xoghol indispensabbli ghal pajjizna f’dan il-qasam.

Il-Partit Laburista jemmen li tezisti l-htiega ghal aktar azzjoni sabiex pajjizna jkun jista’ jilqa’ ahjar ghat-tibdil klimatiku. Pass ewlieni ghandu jkun li nsahhu l-ligijiet taghna f’dan ir-rigward. Nistennew bil-herqa r-reazzjoni tal-Gvern ghal din il-proposta.

Please visit the news archive for a list of available news.