Il-principju li min iniggez ghandu jhallas ghandu japplika wkoll ghall-gvern
25 February 2009
Partikolarment fid-dawl tal-hrug massicc ta’ aviation fuel fl-impjant ta’ Wied Dalam ta’ l-Enemalta gewwa Birzebbuga li skond idrologista ewlieni jista’ jkollu konsegwenzi ambjentali ferm akbar milli wiehed jista jahseb jew jimmagina, huwa importanti li hemm min hemm fil-Gvern, il-principju li min Iniggez ghandu jhallas (the polluter pays principle), ghandu japplika wkoll ghall-Gvern tal-gurnata.Dan ghandu jsir biss wara li jigi stabbilit minn esperti ambjentali kemm verament tkun kbira il-hsara ambjentali ta’ kull incident jew nuqqas serju li jista’ jkun hemm u izjed u izjed meta jista’ jirrizulta li jkun hemm dewmien bla gustifikazzjoni sakemm certi reati kontra l-ambjent (eco crimes) jaraw id-dawl tax-xemx. Biex ma nghidx attentati ta’ cover ups wkoll.
F’kazi serjissimi bhal dawn il-Gvern m’ghandux jistrieh biss fuq rapporti mhejjija minn haddiema jew ufficjali ta’ kull korporazzjoni, awtorita’, azjenda jew dipartiment ikkoncernat izda jekk hemm bzonn ghandu f’kull kaz simili jitlob ukoll li ssir inkjesta indipendenti ta’ livell tekniku gholi, kif soltu jigri meta jsiru atti kriminali ta’ natura ohra kontra terzi jew kontra l-korporazzjonijiet infushom.
Please visit the news archive for a list of available news.






