Il-kaz tal-Mistra, it-Turizmu u l-ambjent
25 February 2009
Filwaqt li l-Partit Laburista japprezza l-isforzi ta’ l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu biex itejjeb il-prodott Malti offrut lit-turisti, dak li zvela c-Chairman ta’ din l-istess Awtorita’ fil-Qorti fl-ahhar tal-gimgha li ghaddiet, imur kompletament kontra dawn l-isforzi, u sussegwentement kontra kwalunkwe politika immirata lejn zvilupp sostennibli.Is-Sur Sam Mifsud waqt ix-xhieda tieghu fil-kaz ta’ l-izvilupp fil-Mistra stqarr li l-MTA taghmel rakkommandazzjonijiet purament a bazi ta’ dak li l-industrija tad-divertiment u tat-turizmu tinhtieg, minghajr ma tikkonsidra l-elementi ambjentali u dawk ta’ wirt storiku, fejn jidhol zvilupp gdid f’pajjizna.
Dan jirrifletti li l-Gvern Nazzjonalista m’ghandux politika serja u responsabbli u l-istrutturi li waqqaf ma jahdmux f’kordinament bejniethom. Dan imur kontra wkoll kwalunkwe norma ta’ kif il-prodott turistiku jigi zviluppat fil-pajjizi fejn l-industrija tat-turizmu tittiehed mill-gvernijiet rispettivi bis-serjeta’.
Hija hasra tassew li l-isforzi ta’ l-operaturi f’din l-industrija, biex jizviluppaw prodott aktar kompetittiv qed jisfaw fix-xejn, b’politika li mhux biss mhix ikkordinata, izda ma taghrafx l-elementi importanti fil-harsien ta’ l-ambjent u dak tal-wirt storiku ta’ pajjizna.
Ghaldaqstant il-Partit Laburista jinsisti u jappella lill-Gvern Nazzjonalista biex jassigura li fl-iqsar zmien ikollu politika nazzjonali hollistika li tinkorpora dawn l-elementi flimkien, u billi l-istess awtoritajiet u strutturi ohra pubblici jahdmu f’kordinament shih bejniethom biex iwettquha.
Please visit the news archive for a list of available news.






