Home | Sitemap | Contacts

It-Turizmu u l-Izvilupp Sostennibli

25 February 2009
Hija hasra li l-Gvern Nazzjonalista minflok ghazel li jghid il-verita’ dwar l-impenn politiku tieghu ghat-twettiq ta’ pjani ghall-izvilupp sostennibli ta’ pajjizna partikolarment fil-kuntest tal-politika ghat-turizmu u l-ambjent, ghazel li jinqeda bir-regolatur ta’ l-industrija tat-turizmu, jigifieri l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu biex tghatti l-izbalji grassi li twettqu matul is-snin.

Dak li intqal mis-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Mario Demarco f’artiklu f’gurnal prominenti u mill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu [MTA], bi twegiba ghall-istqarrija ghall-media mahruga iktar kmieni dil-gimgha minna bhala Kelliema Ewlenin Laburisti, jirrifletti li l-Gvern qieghed jaghmel hiltu biex jghatti n-nuqqasijiet tieghu, ewlieni fosthom in-nuqqas ta’ politika nazzjonali holistika ghat-turizmu li tassigura bis-serjeta’ u mhux bil-paroli, it-twettiq ta’ zvilupp sostennibli ghal pajjizna.

Mhux bizejjed li l-Gvern Nazzjonalista jahdem fuq dokumenti u stqarrijiet li jibqghu prattikament fuq l-ixkaffa, izda jinhtieg impenn politiku serju u rieda soda, biex jimplimenta u jinforza dak li jinhtieg isir f’pajjizna, biex jinstab il-bilanc denju bejn l-izvilupp ta’ l-industrija turistika u l-harsien ta’ l-ambjent.

Huwa mistqarr bl-aktar mod car minn kulhadd li l-prodott turistiku Malti ma jistax ma jiehux inkonsiderazzjoni l-ambjent ta’ pajjizna. Din l-istqarrija hija sostnuta anke f’The Travel & Tourism Competitiveness Report 2008 [Balancing Economic Development and Environmental Sustainability] ippublikat mill-World Economic Forum u li jikklassifika lil Malta minn fost 130 pajjiz, wara mhux biss il-maggoranza tal-pajjizi li huma kompetituri diretti taghna fl-industrija turistika, izda anke wara whud minn dawk il-pajjizi, li l-industrija turistika ghada fil-bidu ta’ l-izvilupp taghha, u dan partikolarment fejn jidhol il-benchmarking f’dawn l-aspetti:

1. Stringency of environmental regulation;

2. Enforcement of environmental regulation;

3. Sustainability of Travel and Tourism industry development.

Huwa ghalhekk li nkomplu ninsistu u nappellaw lill-Gvern Nazzjonalista, biex minkejja li tilef hafna snin biex jipprezenta u jwettaq politika nazzjonali holistika ghat-turizmu, bil-ghan li jigi assigurat l-izvilupp sostennibli ghal pajjizna, issa ma jkomplix jinhela fuq diskors izda jghaddi ghall-azzjoni. Min-naha l-ohra nappellaw ukoll lill-Gvern biex ma jibqax juza r-regolaturi fis-setturi relevanti biex jghatti n-nuqqasijiet tieghu, ghaliex dawn ghandhom jithallew jahdmu b’mod integru biex jizviluppaw u jsahhu politika serja ta’ gid ghal pajjizna.

Please visit the news archive for a list of available news.