Home | Sitemap | Contacts

Hemm bzonn zvilupp sostenibbli bil-fatti

25 February 2009
Ghalkemm il-Gvern ghamel tajjeb li waqqaf Kummissjoni Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli issa li din l-istrategija li kellha twassalna mis-sena 2006 sas-sena 2016 qed tersaq lejn il-bidu tat-tieni parti tat-tielet sena taghha, ic-cittadini Maltin ghandhom l-obbligu li jkunu jafu f’hiex waslet l-implimentazzjoni ta’ din l-istrategija.

Aktar u aktar billi ma kellna xejn konkret f’idejna f’dawn l-ahhar xhur hlief riferenzi ripetuti ghal dan il-qasam vitali ghall-poplu Malti fil-Pre Budget Consultation Document u f’diskorsi generici min-naha tal-Gvern, fosthom minn naha tal-Prim Ministru, li huwa politikament direttament responsabbli ghal dan il-qasam tant importanti.

L-isfidi tal-Izvilupp Sostenibbli huma kbar u jvarjaw bil-kbir ukoll : mill-harsien tal-ambjent ghall-problemi li jmorru lil hinn mill-qasam ambjentali – f’setturi u oqsma socjo-ekonomici importanti. Tant li l-Kummissjoni nnifisha kienet identifikat dawk li sejhet 20 oqsma ta’ prijorita’ ; PRIORITY AREAS.

Huwa fl-interess nazzjonali li nkunu nafu din il-Kummissjoni kemm il-darba iltaqghet f’dawn l-ahhar snin, minn kemm ilha li twaqqfet u f’liema dati iltaqghet. Kif ukoll dwar liema azzjoni konkreta ttiehdet biex tigi zgurata l-implimentazzjoni tal-pjani originargjament mhejjija. Jinhtieg li nkunu nafu wkoll jekk din il-kummissjoni iltaqghetx aktar wara li hejjiet it-tielet abbozz tad-dokument strategiku u jekk effettivament qattx kien hemm verzjoni finali – A FINAL VERSION – tad-diversi abbozzi tad-dokument li saru.

Qed jinghad dan ghaliex meta twaqqfet din il-Kummissjoni fis-sena 2002, skond kif ipprovdut mill-Att dwar il-Harsien Ambjentali tas-sena 2001, din il-Kummissjoni kellha l-obbligu li mhux biss timbotta ‘l quddiem u tippromwovi l-izvilupp sostenibbli fis-setturi kollha, izda wkoll li tara li jsiru ‘reviews’ kontinwi tal-progress li jkun sar, sabiex jintlahaq u jinkiseb dan l-izvilupp sostenibbli bil-ghan li jinholoq kunsens nazzjonali dwar l-azzjonijiet li hemm bzonn jittiehdu sabiex jinkiseb il-progress mehtieg.

Ta’ min wiehed ifakkar li din il-Kummissjoni apparti minn dan kollu kellha l-obbligu li tidentifika dawk il-policies li jistghu qeghdin sahansitra jimminaw l-izvilupp sostenibbli ta’ pajjizna kif ukoll li tipproponi processi u policies alternattivi lill-Gvern ghall-adozzjoni minnaha tieghu.

Filwaqt li wiehed jawgura hidma dejjem aktar sfieqa lill din il-Kummissjoni – jekk ghadha tezisti u tiltaqa - nittamaw li nigu aggornati minghajr aktar dewmien dwar f’hiex waslet l-implimentazzjoni tal-Istrategija Nazzjonali ghall-Izvilupp Sostenibbli fil-gzejjer Maltin u min huwa verament responsabbli ghall-implimentazzjoni ta’ din l-istrategija.

Nitolbu wkoll spjega immedjata ghaliex tal-Gnus Maghquda – UN DEPARTMENT OF ECONOMIC AND SOCIAL AFFAIRS – DIVISION FOR SUSTAINABLE DEVELOPMENT – meta jitkellmu dwar Malta, ghalkemm wiehed isib ghandhom it-Tielet Abbozz ta’ dan id-dokument ta’ strategija ‘on line’, jinghad car u tond li ma jistghux jikkwotaw l-indikaturi nazzjonali dwar l-izvilupp sostenibbli f’pajjizna, ghaliex it-taghrif mitlub u mehtieg ma inkisibx mill-awtoritajiet Maltin – ‘NO INFORMATION IS AVAILABLE ON MALTESE NATIONAL INDICATORS OF SUSTAINABLE DEVELOPMENT.’

Please visit the news archive for a list of available news.