It-taghlima ghall-Maltin minn Darfur : il problema tal-bdil tal-klima hija problema tal-lum u mhux ta’ ghada
25 February 2009
Meta kien qieghed jindirizza partecipanti internazzjonali fis-seminar dwar Darfur organizzat mill-ghaqda PULSE fil-Lukanda Topaz illum wara nofs in-nhar, il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall- ghall-Ambjent, Zvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li it-taghlima ghall-Maltin minn Darfur hija li l-bdil tal-klima hija problema tal-lum u mhux ta’ ghada u li tista’ tikber biss fil-gejjieni.Brincat qal li wara li ilna snin nikkumbattu l-problema dejjem tikber tar-rifugjati politici u ekonomici, il-bdil tal-klima tista twassal biex f’pajjizna jibda jikber l-ghadd ta’ nies li jissejjhu ‘climate refugees’ jew rifugjati ambjentali li diga’ qeghdin ifittxu li jaharbu minn pajjizhom minhabba l-klima li dejjem qed issir aktar u aktar difficli biex wiehed ilahhaq maghha. Dan apparti minn kunsiderazzjonijiet ohra politici u socjali.
Brincat fisser lid-delegati barranin li meta l-Partit Laburista dan l-ahhar habbar li fil-jiem li gejjin se jressaq Private Members’ Bill fil-Parlament biex jorbot lill-Gvern li jillegizla dwar il-bdil tal-klima huwa kien mnebbah minn dawn il-fatturi :
- Li iz-zmien tal-weghdiet fierha ghadda
- Li in-nies iridu impenn serju f’dan il-qasam
- U aktar min hekk li jridu impenn li jorbot
In-nies mhumiex lesti jittoleraw aktar atteggjament kajman. Wasal iz-zmien li nuru bil-fatti li bhala poplu ahna verament pro-attivi. Dan mhux biex noghgbu lill-UE jew biex nevitaw il-penali tal-ksur tad-direttivi taghhom izda sabiex inharsu l-ahjar interessi taghna infusna u tal-generazzjonijiet futuri.
Daqstant iehor ma ahniex lesti li naraw lil pajjizna jhallas penali ta’ miljuni ta’ Ewros minhabba li progetti kbar fl-oqsma teknolgici, tal-manufattura jew tas-servizzi jonqsu milli jintrabtu li japplikaw l-ahhar teknologiji tal-energija alternattiva.
Ma nistghux nimbuttaw ‘il quddiem l-uzu akbar ta’ l-energija tax-xemx meta l-awtoritajiet Maltin sal-lum urew li huma indifferenti ghall-proposta Laburista biex ic-cittadin jara li d-drittijiet tieghu tal-uzu u tal-access ghax-xemx ma jigux mittiefsa, specjalment meta jkun diga’ qed juza sistemi ta’ energija alternattiva mix-xemx.
Il-Partit Laburista fil-Gvern mhuwiex lest li jhallas l-oghla prezz fil-qasam ambjentali u dak tal-bdil tal-klima minhabba li jaghzel li ma jaghmel xejn konkret. Hemm bzonn li nghaddu mit-tfassil ta’ pjani u strategiji ghall infurzar taghhom u ghall kontabbilita’ u t-trasparenza f’dawn l-oqsma.
Ikun zbaljat min jahseb li t-theddida tal-bdil tal-klima hija problema purament ambjentali. Din tolqot wkoll oqsma ohrajn bhall dawk ekonomici, tal-affarijiet barranin u tas-sigurta’ nazzjonali.
Please visit the news archive for a list of available news.






