Il-Jum Dinji tat-Turizmu 2008 ... It-turizmu jwiegeb ghall-isfidi tal-bidla fil-klima
25 February 2009
Intervent ta’ Dr Marie-Louise Coleiro-PrecaIl-futur ta’ pajjizna bhala destinazzjoni turistika huwa marbut mal-harsien ta’ l-ambjent u ma’ mizuri prattici li ma jkomplux joholqu effetti fuq il-klima. il-gvern nazzjonalista ma jistax jibqa’ aktar kajman. jinhtieg li nahdmu biex naghmlu minn malta pajjiz eco-friendly
L-Organizazzjoni Dinija ghat-Turizmu [World Tourism Organisation], fi hdan il-Gnus Maghquda, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghat-Turizmu, din is-sena, ghazlet it-tema: Tourism Responding to the Challenge of Climate Change, liema tema tixraq tassew f’dan iz-zmien meta d-dinja llum diga bdiet thoss l-effetti negattivi kkawzati mit-tibdil fil-klima.
Dan il-jum huwa mahsub biex l-Organizazzjoni Dinija ghat-Turizmu, tohloq opportunita’, biex iggib flimkien pajjizi, li huma destinazzjonijiet turistici f’diskussjoni, fuq oqsma u aspetti ta’ importanza u li jolqtu l-ivvjaggar, u b’hekk tikber il-kuxjenza u teduka fuq is-suggett.
Il-bidla fil-klima minhabba CO2 emissions qed ikollha effetti diga u skond rapport tal-UNEP: Climate Change Adaptation and Mitigation in the Tourism Sector: Frameworks, Tools and Practices, it-tibdil fil-klima se johloq diversi effetti drastici fuq il-bniedem, bhal, per ezempju:
(1) it-tibdil fil-klima se jkun accellerat jekk l-emissjonijiet tal-GHG se jibqghu fuq l-istess livelli, b’effett li l-average surface temperature huma stmati li jizdiedu minn 1.8 degrees Celsius ghal 4.0 degrees celius sa’ l-ahhar tas-seklu 21;
(2) Tibdil fil-provisti ta’ l-ilma [changes in water availability], telf fil-biodiversita’ [biodiversity loss], tnaqqis ta’ art [reduced landscape], tibdil fil-produzzjoni agrikola [altered agricultural production], b’effett fuq l-ikel u x-xorb, zieda f’riskji naturali [increased natural hazards], tnaqqis fil-kosta [coastal erosion], hsara lill-infrastruttura [damage to infrastructure], u zieda fl-incidenza ta’ certu mard [increasing incidence of vector-borne diseases].
Dawn l-effetti jissemmew fid-dokument: ‘The First Communication of Malta to the United Nations Framework Convention Climate Change’ April 2004
Il-Mediterran huwa regjun li r-ricerkaturi u x-xjentisti qed jiddentifikawh bhala wiehed mir-regjuni li se jkunu milqutin bil-kbir. Fir-ricerka ta’ Jacqueline Karas, ippublikata fis-sena 2000: Climate Change and the Mediterranean Region, jintqal li sas-sena 2100, il-livelli tal-bahar fil-Mediterran jistghu jitilghu sa’ kwazi metru. Fl-istess ricerka insibu li fl-Egittu, il-Libja, it-Tunisija, l-Algerija, il-Marokk, is-Sirja, Malta u l-Libanu, fejn il-provista ta’ l-ilma diga hija skarsa, se tqarreb lejn 1,000 metru kubu ghal kull persuna fis-sena, li hija l-benchmark ghal skarzezza ta’ l-ilma.
Dawn il-fatturi juruna li l-popli Mediterranji in partikolari ghandhom sfida kbira quddiemhom. Ghaldaqstant JINHTIEG B’MOD IMMEDJAT li nahdmu flimkien, biex nilqghu ghal dawn l-isfidi li diga huma maghna. JINHTIEG li nuzaw il-qaghda b’mod immedjat strategika taghna fil-Mediterran biex ninfluwenzaw u nkunu katalisti ghal popli ohra u gzejjer ohra bhalna, f’dan ir-regjun.
Huwa ghalhekk li l-Partit Laburista fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghat-Turizmu, jappella u se jkun minn ta’ quddiem biex JIKKOPERA, izda fejn hemm bzonn JAGHMEL PRESSJONI wkoll fuq il-Gvern u l-awtoritajiet governattivi halli jniedu kampanji intensivi u aktar aggressive biex titqajjem kuxjenza akbar. JINHTIEG ukoll li l-awtoritajiet jniedu kampanji biex jaghtu aktar taghrif ta’ dak li qed jigri llum u dak li se jigri fil-futur qrib, biex tigi mgheluba n-knowledge gap li tezisti, fuq dan il-qasam.
JINHTIEG b’mod urgenti, il-Gvern jidhol bis-serjeta u b’konsistenza biex iwettaq ezercizzju ta’ assessjar tas-sitwazjzoni kurrenti biex kull min hu fis-settur turistiku jkun aktar konxju, izda wkoll biex il-Gvern jressaq il quddiem process ta’ mizuri u azzjonijiet effettivi halli nizviluppaw lil Malta f’destinazzjoni turista li tkun eco-friendly. JINHTIEG li l-Gvern mhux biss ikun promoter, izda jaghti l-ezempju u l-ghajnuna mehtiega lil dawk kollha fis-settur turistiku biex nilhqu dan l-ghan, billi per ezempju: jghinhom innaqqsu l-konsum ta’ l-energija u jizviluppaw metodi ta’ riciklagg effettiv.
Il-Partit Laburista JHEGGEG lill-Gvern biex jiehu inizjattivi prattici u fattibli biex igib flimkien pajjizi turistici fil-Mediterran, biex flimkien jidhlu ghal kampanji ta’ tkabbir ta’ kuxjenza fost il-popli u dawk fis-settur turistiku, fil-pajjiz rispettiv taghhom, izda wkoll biex flimkien jiehdu mizuri konkreti halli jilqghu kontra aktar hsara u jaghmlu mill-Mediterran regjun eco-friendly.
Sadanitant, il-Partit Laburista se jkun minn ta’ quddiem biex JIKKOPERA ma’ l-awtoritajiet u ma’ kull min fis-settur turistiku lest li jahdem bis-serjeta’ u b’responsabilita’ favur inizjattivi pozittivi biex jilqghu ghall-isfidi tat-tibdil fil-klima, bil-ghan li naghmlu lil Malta, destinazzjoni turistika attraenti u fl-istess hin tigi assigurata kwalita’ ta’ hajja xierqa, ghal Maltin u l-Ghawdxin.
Intervent ta’ Leo Brincat
Il-bdil tal-klima ghandu impatt ekonomiku qawwi fuq is-settur turistiku kullimkien, izda, l-aktar fuq pajjizna u destinazzjonijiet ohrajn fil-Mediterran minhabba li ahna fost l-aktar vulnerabbli ghall-effetti negattivi tieghu..
Wahda mill-affarijiet li imbuttatna il-quddiem biex fil-jiem li gejjin nipproponu private members’ bill li torbot lill-Gvern biex jaccetta fil-principju li jillegizla dwar il-bdil tal-klima hija li il-poplu ghandu dritt li jkollu serhan il-mohh li qed jigi mifli bir-reqqa kollha l-impatt ta’ dan il-fenomenu fuq is-setturi ekonomici u socjali kollha ta’ pajjizna.
Huwa ferm inkwetanti li filwaqt li ghadd ta’ ghejjun barranin bhad Deutsche Bank u ohrajn ikkummentaw dwar kemm nistghu nintlaqtu hazin bhala destinazzjoni turistika bil-bdil tal-klima ma nafu bl-ebda studju jew ricerka indipendenti li hejja il-Gvern Malti. Anzi ghall kuntrarju il-Gvern Malti ipprova jirredikola studji bhall dawk li saru.
Indipendentement minn dan kollu nemmnu li biex jkunu fl-ahjar qaghda li jharsu l-investiment taghhom u l-ghadd ta’ impjiegi li holqu f’dan is-settur, id-dirigenti Maltin fis-settur privat tat-turizmu ghandhom minn rajhom janalizzaw l-impatt prospettiv ta’ din il-problema kif jaghmlu pajjizi ohrajn li waqqfu Corporate Sector Committees jew Strategy Groups for Climate Change.
Il-qasam turistiku ghandu wkoll jiehu l-inizjattiva li jkun fuq quddiem nett bhala settur fl-applikazzjoni u fl-introduzzjoni ta’ sistemi u teknologiji ta’ energija alternattiva.
Please visit the news archive for a list of available news.






