Home | Sitemap | Contacts

Leo Brincat mistieden ghal konferenza ta’ livell gholi fid-Danimarka dwar il-htiega ta’ politika integrata dwar il-bdil tal-klima

25 February 2009
Il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Ambjent, l-Izvilupp Sostenibbli u l-Bdil tal-Klima Leo Brincat gie mistieden sabiex jattendi Wilton Park Conference dwar il-htiega ta’ politika integrata dwar il-bdil tal-klima li qed tigi organizzata minn din l-agenzija ezekuttiva tal-Foreign & Commonwealth Office Ingliz f’assocjazzjoni mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tad-Danimarka – Danida, gewwa Helsingor fid-Danimarka. Il-konferenza fethet illum it-Tnejn.

Ghal din il-konferenza li ghandha programm intensiv gew mistiedna jindirizzaw il-partecipanti, rapprezentanti specjali ta’ ghadd ta’ gvernijiet barranin dwar il-Bdil tal-Klima mill-UE u l-Istati Uniti, Policy Co-ordinators dwar is-suggett min qawwiet godda bhal Gappun, l-Indja u c-Cina kif ukoll konsulenti specjali tal-Gnus Maghquda dwar il-Konvenzjoni dwar il-Bdil tal-Klima, ufficjali tal-Gvern Ingliz u dak Daniz, flimkien ma ufficjali tal-IOM – l-International Organisation for Migration.

Fost it-temi ewlenin li ser jigu diskussi hemm :

a) l-implikazzjonijiet tal-bdil tal-klima fuq is-sigurta’
b) kif dawn jistghu jolqtu l-prattici tar-relazzjonijiet barranin
c) il-perspettiva internazzjonali dwar x’inhu mistenni li johrog mill-Post-2012 Climate Change Agreement
d) x’qed jghamlu l-aktar pajjizi b’sahhithom li qed jizviluppaw biex jilqghu ghall-bdil tal-klima
e) kif il-bdil tal-klima tista tiddistabbilizza stati u regjuni fragili u twassal ghal kunflitti godda
f) l-impatt tal-bdil tal-klima fuq l-immigrazzjoni irregolari
g) jekk il-bdil tal-klima ghandhiex tkun parti mill-politika tad-difiza u tas-sigurta’ tal-pajjizi milquta
h) kif il-pajjizi zviluppati u dawk anqas zviluppati ghandhom jizguraw li jiksbu sigurta’ dwar l-energija kif wkoll dwar il-klima
i) il-bzonn li aspetti tal-bdil tal-klima jigu integrati f’policies godda dwar il-kummerc u l-investiment
j) ir-rabta bejn bdil tal-klima u l-izvilupp sostenibbli.

Please visit the news archive for a list of available news.