Home | Sitemap | Contacts

Ipprezentat Private Members’ Bill favur legizlazzjoni dwar il-bdil tal-klima … Turija cara ta’ l-impenn minghajr rizervi tal-Partit Laburista favur l-ambjent - Leo Brincat

25 February 2009
F’konferenza ta’ l-ahbarijiet hekk kif kien ghadu kif ipprezenta Private Members’ Bill lill-Iskrivan tal-Kamra favur legizlazzjoni dwar il-bdil tal-klima, il-kelliem ewlieni Laburista ghall-Ambjent, Zvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li dan il-pass huwa ntiz bhala turija cara ta’ l-impenn minghajr rizervi tal-Partit Laburista favur l-ambjent u favur kwalita’ ta’ hajja ahjar ghall-Maltin u Ghawdxin kollha.

Brincat qal li wiehed issa jistenna il-Gvern mhux biss jappoggja din il-private members’ bill izda minflok ikompli jfettaq u jsib skuzi banali, jivvota favur il-proposta Laburista fil-Parlament.

L-ewwel nett izda, qal id-deputat Laburista l-Gvern ghandu jpoggi din il-mozzjoni fuq l-agenda tal-Parlament fl-iqsar zmien possibbli ghaliex it-tkaxkir tas-saqajn fih innifsu jkun juri biss li il-Gvern ma jridx jorbot idejh biex ta’ kull sena jaghti rendikont Parlamentari ta’ hidmietu fil-qasam tal-bdil tal-klima.

Brincat qal li il-poplu ddejjaq b’rapporti li jiswew eluf ta’ ewros li qed jigbru it-trab fil-kxaxen u fuq l-ixkafef ta’ hafna Ministeri. Issa wasal iz-zmien tal-azzjoni konkreta. In-nies iridu impenn li jorbot, ghaliex aktar minn rapporti strategici u action plans sbieh li kulhadd zgur jaqbel maghhom, iridu garanzija li dawn ser jigu implimentati kif ukoll li jkun hemm trasparenza shiha u kontabilita’ shiha dwar jekk dan isehhx jew le.

Brincat temm billi radd hajr lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat talli approva li titressaq din il-private members’ bill kif ukoll lil dawk l-ambjentalisti u ghaqdiet ambjentali u NGOs kollha li jew pubblikament jew anki privatament ferhu lill-Partit Laburista ghall din l-inijzjattiva pro-attiva.

Ma din l-istqarrija qed ikun ippublikat il-Private Members’ Bill ipprezentat mid-deputat Laburista Leo Brincat


L-Onor Leo Brincat MP jipproponi:

Illi l-Gvern Malti ghandu jillegizla dwar il-bdil tal-klima wara li jkun thejja abbozz ta’ ligi li, qabel jitressaq fil-Kamra, ikun gie diskuss u maqbul ma’ l-istakeholders kollha f’pajjizna, partikolarment dawk fil-qasam ambjentali. L-abbozz innifsu ghandu jitfassal minn Kumitat ta’ Esperti mahtur bl-approvazzjoni tal-Gvern u ta’ l-Oppozizzjoni.

Dan isir bl-ghan li:

- l-ghanijiet u l-miri li pajjizna jrid jilhaq fit-tnaqqis tal-emissjoniiet ta’
dijossidu karboniku jkunu marbuta bis-sahha ta’ ligi approvata mill-Parlament,

- mill-istess ligi ghandhom johorgu pjani ta’ azzjoni konkreti dwar kif ghandhom jintlahqu dawn l-ghanijiet,

- tiddahhal fis-sistema parlamentari taghna sistema ta’ rappurtagg annwali mill-Gvern dwar xi jkun sar matul kull sena amministrattiva f’forma ta’ Rapport Annwali tas-Sena (annual progress report) li mbaghad jigi diskuss fil-Kamra nnifisha,

- l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz tpoggi fuq il-Gvern tal-gurnata r-responsabbilta’ li jikkalkula u jiddentifika b’mod trasparenti l-impatt li l-bdil tal-klima jista’ jkollu fuq pajjizna kemm f’mod holistiku kif ukoll fuq livell settorali: ezempju t-turizmu, l-immigrazzjoni illegali u r-rizorsi tal-ilma.

Please visit the news archive for a list of available news.