Home | Sitemap | Contacts

Il-Prim Ministru Gonzi jfettaq biex ma jaccettax li jkun hemm ligi dwar it-tibdil fil-klima

25 February 2009
Huwa ta’ ghajb u ta’ misthija li wara li ma kellux id-dicenza li jwiegeb ghall-appell tal-gimgha l-ohra tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat biex jaccetta il-proposta Laburista ghall-ligi dwar it-tibdil fil-klima, fid-diskors tieghu fil-parlament l-Erbgha l-Prim Ministru ma iddejjaqx jibghat sinjal negattiv lic-cittadini Maltin u Ghawdxin kollha li huwa effettivament kontra il-proposta Laburista f’dan ir-rigward billi naqas li jwieghed li jgib din il-‘bill’ ghad-diskussjoni fil-Parlament fil-gejjieni immedjat.

Bhala skuza biex ma jikkommettix ruhu favur din il-private members’ bill, il-Prim Ministru qal li il-bill ma kenitx tigbor fi hdanha abbozz ta’ ligi dettaljat. U zied jghid li l-Budget innifsu kien diga’ ligi favur it-tibdil tal-klima.

Il-Prim Ministru imissu ilu jaf li l-Partit Laburista qatt ma ried jew ippretenda li jfassal din il-ligi wahdu ghax irid li l-Parlament Malti jkollu ligi li mhux biss jaqbel maghha kulhadd, izda li tigi wkoll mfassla minn kulhadd – minn esperti appuntati mill-Gvern u mill-Oppozizzjoni kif wkoll mill-NGOs u l-istakeholders tas-socjeta’ Maltija. Izda qabel wiehed jghaddi ghal dan il-pass il-Partit Laburista jrid jkun cert li hemm l-impenn shih tal-gvern biex dan kollu jsir u tigi segwita din ir-road map.

L-iskop tal-Partit Laburista hu car: Li permezz ta’ ligi li titfassal mill partijiet kollha kkoncernati, u li idejalment jkollha il-qbil unanimu ta’ kulhadd, nkunu nistghu ndahhlu sistema ta’ ‘checks and balances’ fil-Parlament Malti fejn ta’ kull sena, il-Gvern tal-gurnata, hu ta’ liema kulur hu, jkollu l-obbligu li jaghti rendikont lill-Kamra dwar hidmietu matul is-sena li tkun ghada kif ghaddiet, dwar dak kollu li jkun ghamel bhala Gvern biex pajjizna jaffronta il-problema tat-tibdil tal-klima f’mod pro-attiv. Problema li kull ma tmur ser jkollha effett dirett fuq il-kwalita’ tal-hajja u is-sahha taghna kif wkoll fuq l-izvilupp u l-ekonomija ta’ pajjizna.

Jekk il-Gvern qed jiehu din l-attitudni negattiva sempliciment biex ma jpaxxix lill-Partit Laburista sejjer zball.

Il-private members’ bill giet milqugha tajjeb mill-maggoranza assoluta tal-ghaqdiet ambjentali kollha ewlenin ta’ pajjizna; xi haga li tikkuntrasta bil-kbir mal-fatt li meta l-Ministru ikkoncernat gie biex jahtar kumitat purament konsultattiv dwar it-tibdil tal-klima, rrizulta li ebda NGO jew ghaqda ambjentali f’pajjizna ma kienet giet mitluba tinnomina direttament rapprezentant taghha fuq dan il-kumitat.

Jekk il-Gvern jkompli jwebbes rasu u jirrifjuta li jgib il-private members’ bill dwar dan is-suggett fil-Parlament jkun qed jtellef cans tad-deheb lill-pajjiz kollu biex isahhah il-kredenzjali tieghu f’dan ir-rigward u anki li jservi ta’ ezempju ghal ghadd ta’ pajjizi ohra fl-UE u fil-madwar.

Bhala pajjiz li ppropona it-tibdil tal-klima bhala parti mill-wirt tal-umanita’ fil-Gnus Maghquda 20 sena ilu, aktar u aktar ghandna id-dmir u l-obbligu li nkunu pijunieri f’dan il-qasam bil-fatti wkoll.

Il-Gvern jista jirrimedja dan kollu billi ma jkomplix jkaxkar saqajh aktar, billi ma jippruvawx jdur mal-lewza, billi juri kuragg u billi jaghti xhieda ta’ rieda u impenn politiku qawwi f’dan ir-rigward.

Please visit the news archive for a list of available news.