Home | Sitemap | Contacts

Il-Partit Laburista jawgura success il-Konferenza tal-Gnus Maghquda dwar Tibdil fil-Klima

25 February 2009

Il-Partit Laburista jawgura li il-Konferenza tal-Gnus Maghquda dwar it-Tibdil tal-Klima li ghaddejja f’dawn il-jiem f’Poznan, tkun ta’ success f’qasam daqstant importanti ghad-dinja.

Ghalkemm id-delegati minn madwar id-dinja sejrin jiddiskutu agenda twila u ghadd ta' suggetti relevanti, il-focus ewlieni tal-konferenza mistenni jkun fuq dak li se jigri fi tmiem is-sena 2012 meta il-Protocol ta' Kyoto jintemm.

Dan huwa ta' interess kbir ghalina ghax il-perjodu msejjah post Kyoto mistenni jgib obbligi u responsabbiltajiet godda ghall-gziritina.

In-negozjati f'Poznan huma mistennijja li jimmarkaw it triq tan-nofs lejn id-deadline ta' Dicembru 2009 sakem ghandu jintlahaq ftehim dwar qafas ghall-azzjoni globali ghat-tul kontra it-tibdil tal-klima. Il-qofol ta' dan kollu mistenni jintlahaq dak in-nhar f'Copenhagen meta ghandhom jintemmu in-negozjati dwar l-hekk msejjah Bali Roadmap.

Ghalkemm sal-lum u ghall issa pajjizna mhuwiex marbut mal-ftehim ta' Kyoto ghalhiex konna nitiqesu bhala pajjiz li ghadu qed jizviluppa, tajjeb li wiehed jzomm f'mohhu li il-Kyoto Protocol dahal fis-sehh fis-16 ta' Frar 2005 u llum diga' ghandu 183 pajjiz firmatarju.

Please visit the news archive for a list of available news.