Home | Sitemap | Contacts

Il-Gvern ghandu jirrevedi b sehh immedjat l-iskema ta ghajnuna finanzjarjara fuq ix-Xiri tas-Solar Water Heaters u Panelli Fotovoltajici

25 February 2009
“Il-Gvern ghandu jirrevedi b’sehh immedjat l-iskema ta’ ghajnuna finanzjarjara fuq ix-xiri tas-Solar Water Heaters u Panelli Fotovoltajici.”

Qal dan il-Kelliem Ewlieni ghall-Ambjent, Zvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta kien qed jindirizza Konferenza ta’ l-Ahbarijiet fic-CNL dwar l-iskemi ta’ incentivi ghax-xiri ta’ Solar Water Heaters u Panelli Fotovoltajici.

Leo Brincat qal li kif diga’ iddikjara pubblikament, il-Partit Laburista jappoggja bis-shih il-principju li ddahhal fil-budget biex ikun hemm skemi ta’ ghajnuna finanzjarja fuq ix-xiri ta’ solar water heaters u pannelli fotovoltajici. Huwa qal li l-istima ta’ nies li jistghu jibbenefikaw mill-iskema ta’ ghajnuna fuq ix-xiri ta’ solar water heaters tista tkun wahda ragjonevoli hafna. Madanakollu, qal Brincat, l-ghajnuna fuq ix-xiri ta’ sistemi fotovoltajici hija tant ristretta u limitata illi diga jezistu suppliers individwali li individwalment diga’ ghandhom kwazi talbiet aktar mill-massimu ta’ familji li jistghu jibbenefikaw minn din l-iskema. “Dan juri li hafna nies sejrin jibqghu b’xiber mnieher b’dak li qed jipproponi il-Gvern”, sahaq Leo Brincat.

Il-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni qal li r-rizervi tal-Partit Laburista huma dwar kif l-iskema giet introdotta, dwar kif se tithaddem, kif ukoll dwar l-iskadenzi taghha. “Flok fetah ghajnejn il-pubbliku mill-bidu nett li ma kienux se jkunu elegibbli kompletament ghal dawn l-iskemi jekk jixtru l-apparat qabel ma tohrog in-notifakazzjoni tal-Gvern dwar l-iskemi nfushom, il-Gvern halla lil kulhadd fil-ghama ghad-detriment ta’ zewg konsegwenzi li laqtu hazin lill-Konsumatur”, sahaq Leo Brincat. Il-Kelliem Ewlieni Laburista qal li l-ewwel konsegwenza hi li hafna nies, hekk kif inqara l-budget, ghaliex gew mghomija bid-dikjarazzjoni tal-Gvern ta’ first come firxt serve fitxew ghaglu biex jixtru u anke jinstallaw is-solar water heaters u l-panelli fotovoltajici.

B’detriment ghall-ghaggla li mxew biha, qal Leo brincat, il-konsumaturi tilfu l-beneficcju shih tal-budget innifsu. It-Tieni konsegwenza, sostna Brincat, billi anki certi suppliers baqghu fil-ghama dawn setghu genwinament jew le bieghu dawn is-solar water heaters minghajr ma gwidaw kif xieraq lix-xerrejja prospettivi
Leo Brincat qal li l-Gvern kien messu accerta ruhu li permezz ta’ dawn l-iskemi dawk li jimmanifatturaw lokalment is-solar water heaters u l-pannelli fotovoltajici ma kienux ser jigu zvantaggjati. Sostna li matul id-diskors tal-budget diversi kelliema tal-gvern heggew lill-pubbliku biex ifittxu japplikaw u spjegaw kif kellha tahdem il-policy ta’ first come first served.

Madanakollu, l-Kelliem Ewlieni Laburista qal li b’rizultat tal-mod inefficjenti kif il-gvern ittratta din il-mizura pozittiva, hafna konsumaturi li kienu minn ta’ l-ewwel biex jinstallaw dan l-apparat hekk kif thabbar il-budget se jkunu l-aktar nies li marru finanzjarjament hazin. Dan apparti li l-Gvern dam ma stieden lis-suppliers biex jirregistraw il-prodotti taghhom u anki jipprovdu certifikazzjoni dwar il-prodotti li qeghdin ibieghu.

Huwa ghalhekk, qal Leo Brincat, li l-gvern ghandu jirrevedi l-iskema kompletament b’sehh immedjat, appell li l-Kelliem Laburista diga ghamel permezz ta’ ittra f’The Times tal-gimgha 6 ta’ frar, 2009. F’kaz li l-Gvern ma jiehux il-passi mehtiega, Leo brincat qal li l-Gvern ghal darb’ohra se jkun qieghed jisraq lic-cittadini u jidhaq bil-poplu.

Prezenti ghall-Konferenza ta’ l-Ahbarijiet kien hemm il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi.

Please visit the news archive for a list of available news.