Home | Sitemap | Contacts

Il-Gvern ghadu ma ppubblikax l-istudji kollha marbutin mal-istrategija proposta dwar l-iskart solidu

25 February 2009
F'laqgha li Leo Brincat kellu llum mal-ghaqda ambjentali u NGO Friends of the Earth u l-konsulenti taghhom dwar l-iskart solidu, huwa qal li ghalkemm il-Partit Laburista qabbad lil min janalizza l-abbozz tar-rapport strategiku li ppubblika l-Gvern dwar l-immaniggjar tal-iskart solidu purament mill-aspett tekniku.

Minkejja li l-process ta' konsultazzjoni ta' tmien gimghat diga’ wasal nofs triq, il-Gvern sal-lum ghadu ma ppublikax diversi studji li hemm referenza ghalihom fir-rapport innifsu u li huma mehtiega biex wiehed ikollu l-istampa kollha min-naha tal-Gvern.

Fost dawn wiehed isib:
- In nuqqas ta' pjan nazzjonali dwar l-energija alternattiva billi d-dokument qed jaghmel hafna enfasi fuq energija alternattiva mill-iskart
- Il-Pjan Nazzjonali dwar l-Immaniggjar tal-Iskart li huwa differenti mid-dokument strategiku
- L-Agricultural Waste Management report

Neqsin ukoll hemm ghadd ta' studji varji li hemm referenzi ghalihom fid-dokument strategiku, fosthom, l-istudju tal-Gvern li wassal lill-Gvern biex jiddeciedu dwar il-bzonn ta' incinerator u l-istudju tal-Gvern li wassal biex jigi propost incineratur gewwa Marsaxlokk.

Min-naha taghhom, ir-rapprezentanti tal-Friends of the Earth, Martin Galea Degiovanni u Alexandra Mifsud qalu li FoE sa mill-2001 kienu tkellmu kontra l-incinerazzjoni ghal ragunijiet varji, fosthom li ladarba tmur ghal din it-tip ta’ strategija tkun qed tmur kontra l-kuncett ta’ separazzjoni ta’ l-iskart. Fl-istess hin minhabba li l-incineratur ikollu bzonn jithaddem il-hin kollu, id-domanda ta’ l-iskart li jkollu bzonn jizdied b’konsegwenza li minflok jonqos, l-iskart fuq bazi nazzjonali jizdied.

Min-naha l-ohra FoE qalu wkoll li l-metodi ta’ incinerazzjoni avvanzaw hafna f’dak li hu emmisjoni ta’ diossina u qed jikkonsultaw mal-FoE International u esperti ohra biex jiehdu pozizzjoni.

Please visit the news archive for a list of available news.