X’qed jigri fl-Incineratur tal-Marsa?
15 April 2009
Stqarrija mahruga mill-Kelliem Ewlieni ghall-Ambjent, l-IzviluppSostenibbli u t-Tibdil tal-Klima Leo Brincat
Fid-dawl ta’ rapporti li l-incineratur tal-Marsa ilu xi zmien wieqaf u jista jkun li baqalu aktar jiem wieqaf il-Gvern Malti huwa fid-dmir li jgharraf lill-pubbliku Malti dwar x’verament qed jigri fl-incineratur tal-Marsa. Il-Gvern ghandu jghid x’kien il-volum ta’ waste organiku u kliniku li ma setghax jigi pprocessat minn kemm ilu wieqaf
l-incineratur. Ghand jghid ukoll kemm, bejn wiehed u iehor, dan il-volum huwa mistenni jitla sa ma l-incineratur jibda jiffunzjona kif suppost.
Daqstant iehor il-Gvern ghandu jghid x’inhuwa il-volum tal-facilitajiet ta’ hazna li ghandu ghal dan iskart, fosthom ta’ karkassi ta’ annimali (kemm dawk maqtula il-biccerija kif wkoll dawk li jrabbu l-annimali fil-farms privati taghhom jgibu il-biccerija). Il-Gvern ghandu jiddikjara wkoll jekk huwiex jikkontempla xi mizuri ta’ emergenza biex jahraq l-iskart kliniku.
B’zieda ma dan il-Gvern ghandu jghid meta ser jintemm ghal kollox il-‘commissioning stage’ tal-impjant tal-Marsa u jekk waqfien bhal dan huwiex normali meta l-incineratur jinsab fi stadju avvanzat ta’ dan il-‘commisioning.’
Dan it-taghrif qed jintalab biss fl-interess pubbliku – kemm ghall dak li ghandu x’jaqsam ma ambjent kif wkoll ma sahha pubblika. Il-Gvern huwa mitlub wkoll jaghti garanzija li minn meta l-ahhar zaret Malta delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja biex tevalwa l-implimentazzjoni tar-regoli sanitarji dwar animal by-products fil-biccerija, ghal kuntrarju ta’ dak li sabu, giex zgurat li l-operaturi kollha fil-biccerija issa huma soggetti ghal kontrolli ufficjali illi qed jithadmu b’mod effettiv.
Please visit the news archive for a list of available news.






