Home | Sitemap | Contacts

Rapport tal-European Environment Agency jikkonferma il-falliment tal-politika tal-Gvern Nazzjonalista fl-immanigjar tal-iskart

26 June 2009

Rapport ricenti tal- EEA (European Environment Agency) bl-isem ta' EFFECTIVENESS OF WASTE MANAGEMENT POLICIES IN THE EUROPEAN UNION ghandu jhammar wicc il-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi.

Ir-rapport jaghmilha cara li Malta mhux biss ghandha l-akbar persentagg gholi ta' skart li huwa landfilled izda li filwaqt li l-volum tal-iskart jew stabilizza ruhu jew inkella zdied bi ftit f'pajjizi membri ohrajn, f'Malta kwazi irdoppja f'termini ta' kilogrammi ras ghall ras bejn is-sena 1995 u is sena 2007.

 Ghalkemm wiehed jistenna li il-Gvern jista jgib l-iskuza li l-iskart kiber sforz kemm kiber il-'progress' fil-pajjiz, kieku verament gara dan xorta wahda kien jkun qed imur kontra is SIXTH ENVIRONMENT ACTION PROGRAMME tal-UE li jaghmilha cara li wiehed mill ghanijiet ambjentali ewlenin tal-UE huwa li jkun hemm 'decoupling' bejn ir rata tat-tkabbir tal-iskart u dik tat-tkabbir ekonomiku, fis-sens li ghandu jinstab mezz, kif diga' sabu hafna stati membri ohrajn, li jrazznu dan it-tkabbir tal-iskart minkejja li l-ekonomija taghhom tkompli tikber.

 Il-fatt li il-Gvern Malti qed jikkunsidra serjament li JMUR ghall incinerazzjoni f'pajjizna huwa l-akbar ammissjoni tal-falliment tal-politiku tieghu stess dwar l-immaniggjar tal-iskart.

Please visit the news archive for a list of available news.