Home | Sitemap | Contacts

Hemm bzonn raguni gustifikata ghaliex 70,000 rapport ta’ emissjonijiet ta’ tniggiz mit-trasport gew injorati b’sehh mill-1 ta’ Jannar 2008

15 July 2009

Ghalkemm l-Awditur Generali diga’ dahal fil-kaz ta’ nuqqas t’attenzjoni dwar 70,000 rapport permezz ta’ l-SMS dwar emissjonijiet ta’ tniggiz mit-trasport b’sehh mill-1 ta’ Jannar 2008, l-ispjegazzjoni min-naha tal-Gvern ma tregiex. Il-Gvern qed jghid li dawn it-testijiet twaqqfu ghax huwa kien qed jahdem fuq sistema awtomatika biex it-tgharif mehtieg jibda jigi filtered flok jibqa’ jinhadem b’mod manwali. Billi issa t-testijiet sa fl-ahhar ser jibdew min-nhar it-Tnejn, din l-ispjegazzjoni ftit li xejn hija konsolazzjoni.

Wiehed aktar ghandu ghalfejn jifhem li dan il-monitoragg seta’ twaqqaf mill-bidu tas-sena 2008, imma ghax l-elezzjoni generali kienet ferm fil-qrib, seta’ kien hemm elementi fil-Gvern li ma riedux jurtaw certi nies propju f’dan iz-zmien. Dan ghad-detriment tal-hsara ambjentali ghall-pajjiz, u aktar minn hekk, ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Hemm bzonn li tinghata raguni gustifikata li tikkonvinci lin-nies, aktar u aktar meta il-Gvern ilu jaf li nofs l-infringements li ghandna mal-UE dwar il-qasam ambjentali, jikkoncernaw tniggiz tal-arja. Huwa aktar u aktar inkwetanti il-fatt illi jidher li rrizulta li dawn ir-rapporti, permezz tal-SMS, sahansitra lahqu il-quccata taghhom fin-numru, propju meta l-awtoritajiet iddecidew li jissospendu t-testijiet fuq il-karrozzi rrapurtati.

Il-poplu Malti ftit li xejn ghandu biex jikkonsla meta l-Gvern pprova jiskuza ruhu dwar dak li gara, filwaqt li sena u nofs wara qal li la tidhol fis-sehh is-sistema l-gdida sejrin jibaghtu ghal dawk kollha li gew rrapurtati li kkawzaw emissjonijiet fil-qasam tat-trasport.

L-ebda skuza ma hija sejra taghmel tajjeb ghall-hsara li saret lill-ambjent ta’ pajjizna u lic-cittadini ta’ gziritna minhabba dan l-agir irresponsabbli. Hemm bzonn li xi hadd jassumi responsabbilta’ politika ghal dan kollu, filwaqt li tinghata raguni verament gustifikata ghal dan in-nuqqas serju u gravi, li ma toffendix l-intelligenza tal-poplu Malti.

Please visit the news archive for a list of available news.