Home | Sitemap | Contacts

Rapport tal-European Environment Agency jaghti prova li l-Gvern Malti qed jmur kontra ix-xejriet tal-UE dwar tniggiz tal-arja

26 August 2009
L-Agenzija Ewropea tal-Ambjent (European Environment Agency) nhar il-Gimgha li ghadda ppublikat inventarju tat-tniggiz tal-arja fis-27 stati membri maghruf bhala The European Community's Air Pollutant Emission Inventory Report, fejn instab li fl-Ewropa sa sentejn ilu, hafna emissjonijiet ta' tniggiz tal-arja nizlu sostanzjalment fuq li kienu fis sena 1990. Fil-kaz tas-sulphur dioxide dawn naqsu b'xejn anqas minn 72%. Anki l-emissjonijiet tat-trab fin (particulate matter) li huwa meqjus bhala 'a seriously health damaging pollutant' - tniggiz li jaghmel hsara kbira lis-sahha tal-bniedem, irnexxielhom jitnaqqsu fl-UE in generali b'madwar 12% mis sena 2000.

Malta hija wahda minn dawk il-pajjizi membri li ghadha mhijiex tibghat rapporti dettaljati dwar dan it-tip tat-tniggiz lill-UE.

Dan kollu filwaqt li l-Gvern ta' Lawrence Gonzi jidher li ghadu ma sabx tarf tat-trab fin (particulate matter) li qed johrog mill-power stations ta' Dellimara u tal-Marsa, kif ukoll ghazel impjant ghall-estensjoni tal-power station ta' Delimara li jahdem b’sistema ta’ HFOs (Heavy Fuel Oils) biex jipproduci d-dawl.

Filwaqt li l-Gvern Malti ghazel impjant gdid f'Delimara li jkun irid jigi modifikat u mibdul meta nigu biex naqilbu ghall-gas u sadanittant sejjer jkompli jnigges appena jigi stallat, l-agenzija ambjentali Ewropea rrimarkat li fil-bicca l-kbira taghhom l-impjanti (power plants) li jiggeneraw is shana u l-elettriku fl-UE naqqsu l-emissjonijiet taghhom sostanzjalment mis-sena 1990 lil hawn billi stallaw apparat ta' ilqugh aktar professjonali (abatement equipment), u qalbu ghall-uzu ta' fuels aktar nodfa kif wkoll tejbu sostanzjalment l-efficjenza fl-uzu tal-energija. Fil-kaz ta’ Malta, li huwa inkwetanti hu illi l-abatement equipment propost ghall-Power Station il-gdida se jkun qed jintuza ghall-ewwel darba fid-dinja. Tant illi l-esperti Germanizi, Lahmayer International ma tawx garanzija li se jahdem bil-fors. Sejhulu progett ‘plawsibbli’, jigifieri jista’ jahdem u ma jahdimx.

Minghajr ma nallarmaw lill-poplu Malti, nhossuna fid-dmir li nirrimarkaw li filwaqt li l-agenzija ewropeja tal-ambjent tenniet mill-gdid li it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-arja jgib mieghu beneficcji kbar ekonomici u socjali ghaliex iwassal ghal inqas mwiet prematuri u anqas spejjez fuq il-kura tas-sahha, il-gvern ta' Lawrence Gonzi ghadu jzomm lura milli jippubblika dettalji fil-parlament - rahal b'rahal - dwar kemm mietu nies bil-kancer f'dawn l-ahhar snin.

Please visit the news archive for a list of available news.