Home | Sitemap | Contacts

L-ebda progress mill-Gvern Malti fil-Mixja lejn Energija Alternattiva

10 September 2009

Stqarrija mahruga mill-Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Ambjent, l-Izvilupp Sostenibbli u t-Tibdil tal-Klima Leo Brincat

Minkejja l-hafna proposti u pjani li ppublika il-Gvern ta' Lawrence Gonzi dwar l-uzu ta’ l-energija alternattiva f'pajjizna - qasam li gie mpoggi fil-genb u traskurat ghal snin shah - ghadu ma jidher li sar ebda progress mill-Gvern Malti fil-mixja lejn l-uzu ta’ l-energija alternattiva sabiex jintlhaqu l-obbligi u t-targets taghna ma’ l-UE.

Filwaqt li wiehed jistenna bi dritt li jkun jaf x'inhuma l-pjani konkreti u l-pjani ta' azzjoni tal-Gvern f'dan il-qasam, huwa interessanti li wiehed jinnota li pajjizna kien wiehed mill-ahhar pajjizi li issieheb f'IRENA - THE INTERNATIONAL RENEWABLE AGENCY. Dwar dan s'issa l-Gvern ghad ma ta’ l-ebda indiikazzjonimeta fi hsiebu jirratifika din is-shubija.

Please visit the news archive for a list of available news.