Bahar jaqsam bejn il-Kliem u l-Fatti fejn jidhol il-Ministru George Pullicino
Stqarrija mahruga mill-Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Ambjent, l-Izvilupp Sostenibbli u t-Tibdil tal-Klima Leo Brincat
Hemm bahar jaqsam bejn il-kliem u l-fatti fejn jidhol il-Ministru George Pullicino specjalment fejn tidhol energija alternattiva u tibdil tal-klima. Dan jikkonfermah George Pullicino nnifsu b’dak li qal dan l-ahhar.
1. Il-Partit Laburista ilu li ddikjara li jinsab lest jiddiskuti fil-Parlament MINGHAJR VOT id-dokument ta’ l-istrategija tal-Gvern dwar it-tibdil tal-klima appena jiftah il-Parlament. Ghal ragunijiet mhux maghrufa d-dokument ghadu ma sarx pubbliku minkejja li skont il-Ministru nnifsu ilu li tressaq quddiem il-Kabinett minn Gunju li ghadda.
2. Il-Partit Laburista ghamilha cara li lest jaghti ir-reazzjoni teknika dwar l-istrategija tal-Gvern dwar l-immaniggjar ta’ l-iskart fil-Parlament wkoll galadarba huwa jkun kkristalizza l-proposti tieghi u anki kkummissjona kif ukoll iffinalizza studji serji u indipendenti dwar l-impatt illi l-incineratur propost f'Marsaxlokk jista’ jkollu kemm fuq l-ambjent u anke fuq sahhet ic-cittadini.
3. Dwar l-immodernizzar ta’ l-impjant ta' Sant' Antnin, iz-zmien taghna ragun li l-process ta' konsultazzjoni kien wiehed ivvizzjat kif ikkonfermat minn diversi ghejun fosthom il-KUMMISSJONI AMBJENT TAL-KNISJA kif wkoll min-nuqqas serju ta' trasparenza fit-tehid tad-decizjonijiet. Dan fl-istess hin li l-EIA naqset milli tidentifika siti alternattivi adegwati
4. Il-Partit Laburista appoggja l-iskemi li jincentivaw lill-familji jinvestu f'apparat ta' energija nadifa izda ghadu sal-lum jistenna twegibiet konkreti dwar kif qed jithaddmu u ghaliex hafna applikanti baqghu b'xiber imnieher bi twegibiet li ma jissodisfawx min-naha tal-Ministeru u tar-regolatur, L-AWTORITA' MALTIJA TAR-RISORSI. L-ahhar stqarrija tal-PL dwar dan is-suggett ilha gimghat minghajr twegiba.
5. Dwar l-izvilupp tal-Wind Farms f'pajjizna ahna favur din is-sistema ta' energija alternattiva sakemm li meta jigi ghall-ghazla tas-siti, l-Gvern iniedi process serju ta' konsultazzjoni ma’ l-istakeholders kollha, kif gie ssugerit lilu minn konsulenti barranin li qabbad huwa stess u li thallsu mit-taxpayers Maltin u Ghawdxin
6. Dwar is-shubija ta' Malta f'IRENA - THE INTERNATIONAL RENEWABLE AGENCY, l-Gvern semma l-pajjizi li ssiehbu mieghu fl-ahhar gimgha ta' Gunju ta' din is-sena izda zamm lura milli jsemmi l-ghadd kbir ta' pajjizi li ssiehbu fl-istess jum tat-twaqqif ta’ l-Agenzija fosthom id-Danimarka, Cipru, l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Litwanja, il-Fillandja, Franza, il-Germanja, l-Izlanda, l-Irlanda, Israel, l-Italja, il-Latvja, l-Olanda, in-Norvegja, il-Portugal u s-Serbja. Ma dawn kien hemm ohrajn li ssiehbu fid-data tat-twaqqif f'Jannar 2009 fosthom il-Marokk, Djibouti, ic-Cili, ic-Chad, il-Bahrein, Belarus, l-Egittu u l-Iran.
Jekk il-Gvern jrid jittiehed bis-serjeta' u jistenna ko-operazzjoni kostruttiva m’ghandux jibqa jinhela f'hafna botti kif ghamel il-Ministru nhar il-Hamis li ghadda, meta waqt konferenza tal-MEUSAC u il-Presidenza Svediza ta’ l-UE dwar l-isfida tat-tibdil tal-klima, dan tefgha hafna botti indiretti lejn l-Oppozizzjoni Laburista meta ufficjalment qal li l-Gvern qed jipprova jmexxi minkejja li hafna 'nies' jibqghu adamanti li jxerrdu il-konfuzjoni u l-misinformazzjoni.
Quddiem il-verita' tal-fatti il-PL ser jibqa juri sens qawwi ta' maturita' u responsabbilta'.
Please visit the news archive for a list of available news.






