Il-Gvern ghandu jwiegeb ghall-punti ta’ thassib serju fir-rapport tal-Awditur Generali dwar l-Energija Alternattiva
Stqarrija mahruga mid-Deputat Laburista Leo Brincat, Kelliem Ewlieni ghall-Ambjent, Zvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima
Il-Partit Laburista jemmen u jishaq li l-Gvern ghandu jwiegeb minnufih ghal 20 punt ta' thassib serju li hemm fir-rapport tal-Awditur Generali dwar l-Energija Alternattiva u l-efficjenza fl-uzu tal-energija f'pajjizna.
Specjalment meta fost dawn il-punti insibu li:
· Il-politika tal-Gvern ghadha biss f'forma ta' abbozzi u ghadha ma gietx formalment approvata minnu stess
· Ma jinstabu ebda pjani dokumentati biex jindikaw kif, minn min u meta certi azzjonijiet kellhom jittiehdu biex dan il-qafas jsir operattiv
· Id-dewmien li kien hemm fil-process tat-thejjija tal-policies minhabba allegat nuqqas ta' risorsi umani
· Il-konkluzjoni tal-awditur generali innifsu li l-uzu tal-energija alternattiva f'pajjizna ghadu marginali minkejja li ilna 5 snin fl-UE
· In-nuqqas serju ta' monitoragg effettiv tal-pjan ta' sena ilu dwar efficjenza fl-uzu tal-energija
· Il-fatt li pjani strategici u operazzjonali ghadhom qed jigu mhejjija
· Il-konkluzjoni tal-awditur generali li sakemm ma jigix mghaggel l-implimentazzjoni ta' dawn il policies u progetti, ser jkun difficli hafna biex pajjizna jilhaq il-miri tieghu
· In-nuqqas ta’ policies cari u approvati jista’ jxekkel il-potenzjal ta' investiment privat f'dan il-qasam
· Li s'issa kien hemm sfruttar marginali biss ta' oqsma importanti bhall-energija mix-xemx
· Il-Gvern ghad lanqas ghandu tgharif f'idejh dwar kemm hu innifsu bhala Gvern jikkonsma energija
· Ghalkemm certi mizuri dwar efficjenza fl-uzu tal-energija qed jigu implimentati mhumiex jitkejlu ma’ targets tal-UE
· Il-Green Leaders fid-dipartimenti tal-Gvern ghad ma ghandhomx targets specifici dwar energija alternattiva u efficjenza fl-uzu tal-energija u li hafna energy audits f'ghadd ta' ministeri ghadhom lanqas biss gew konkluzi
· Il-Gvern lanqas qieghed jikkalkula kemm qed jigu ffrankati units ta' energija mill-mizuri tieghu dwar efficjenza fl-uzu tal-energija
Wiehed jittama li l-Gvern jaghti ir-reazzjoni tieghu ghal dawn il-konkluzjonijiet b'mod car u kategoriku minghajr tidwir mal-lewza.
Please visit the news archive for a list of available news.






