Home | Sitemap | Contacts

PQ 11596 - Laqgħa ministerjali dwar l-enerġija alternattiva

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali):

Jista’ l-Ministru jgħid x’sehem ħadet Malta fil-laqgħa ministerjali dwar l-enerġija alternattiva li organizzat il-Kummissjoni Ewropea nhar id-9 ta’ Ottubru 2009 dwar koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-Mediterran u dawk tal-Golf Għarbi f’dan il-qasam? Jista’ jgħid jekk kenitx rappreżentata fuq livell ministerjali u jekk le, għaliex?

Tweġiba:

Ninforma l-Onor Membru li għal-laqgħa msemmija, jien m’attendejtx minħabba impenji oħra iktar urġenti. Però għal-laqgħa attendew is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità dwar ir-Riżorsi u d-Direttur responsabbli mill-Enerġija ta’ l-istess Awtorità flimkien ma’ uffiċjal mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi Brussel.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.