PQ 11614 - Kupuni tal-bozoz
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni):Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11429 u jikkonferma rapporti li bosta persuni li jgħixu waħedhom ġew miċħuda mid-dritt li jkunu intitolati għall-kupuni tal-bozoz? Minn mindu l-Gvern talab lil dawk il-persuni jibdew jirreġistraw ruħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikunu jistgħu jinħarġulhom il-kupuni konċernati kemm nies irreġistraw s'issa?
Tweġiba:
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, lill-Ministru konċernat.
Rigward it-tieni parti, ninsab infurmat li sa issa ġew reġistrati 814 -il persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






