Home | Sitemap | Contacts

PQ 11707 - Furjana - Awtorità dwar it-Trasport - direttorat tal-liċenzji u ttestjar

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni):


      Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11433 u jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex trażżan u tnaqqas il-ħin twil li membri tal-pubbliku jkollhom jqattgħu biex jinqdew mid-direttorat tal-liċenzji u ttestjar tal-Awtorità dwar it-Trasport, il-Furjana?

      Tweġiba:

Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta kommessa li tagħti l-aqwa servizz lill-klijenti, u dan fl-inqas ħin possibli. L-għan prinċipali tal-Gvern hu li s-servizzi kollha li jingħataw mid-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet isiru kollha online. Is-servizzi li jingħataw mill-uffiċini tal-Liċenzji huma;


      · Tiġdid tal-liċenzja tal-vettura – fejn 96 % tal-tiġdid jsiru kollha online.

      · Reġistrazzjoni ta’ vetturi – 65 % tal-vetturi jiġu reġistrati online u l-kumplament jiġu rreġistrati f’mhux iktar tard minn jumejn wara.

      · Transfers, garaging u scrapping ta’ vettura. - L-Awtorità dwar it-Trasport għadha kif ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dawn is-servizzi jkunu jistgħu jsiru kollha online wkoll.

      L-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta qed taħdem fuq pjan sabiex iżżid l-ammont ta’ servizzi li tista’ toffri online kif ukoll qed tistudja il-proċessi tagħha bil-għan li jitnaqqas il-ħin li klijent jistenna.


      Ninforma wkoll lil Onor Interpellant illi skond stħarriġ xjentifiku li sar fl-uffiċji tad-Direttorat tal-Licenzji u Ttestijiet fit-tieni ġimgħa t’Ottubru 2009 - 68 % tal pubbliku inqeda f’inqas minn 30 minuta.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.