PQ 11708 - Freeport - traffikar ta bullets f containers
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment):Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11432, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk apparti mill-każ riċenti fejn instabu containers b'bullet casings fil-Freeport, il-Gvern fix-xhur mgħoddija kellux każi oħra fejn irċieva intelligence reports minn gvernijiet barranin dwar traffikar simili? Jekk iva, f'liema każi u x'kien l-eżitu min-naħa tiegħu? Liema kienu l-pajjiżi konċernati f'kull każ? Kien hemm każi fejn sar ship boarding fuq vapuri reġistrati f'pajjiżna?
Tweġiba:
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imgħoddija d-Dwana ma rċeviet l-ebda intelligence report minn gvernijiet barranin dwar traffikar simili. Dwar ship boarding, d-Dwana qatt ma kienet involuta f’azzjoni simili.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






