Home | Sitemap | Contacts

PQ 11906 - World Energy Council - Malta bħala membru

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali):


      Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi li kuntrarju għall-ġirien tagħna bħal Ċipru, ma tidhirx li hija membru tal-World Energy Council?

      Tweġiba:

      Jien infurmat illi Malta hija membru ta’ żewg regulaturi internazzjonali fil qasam ta l-enerġija, il-MEDREG (Mediterranean Energy Regularors) u CEER/EREG (Council of Europe Energy Regulators). L-Awtorità ta’Malta dwar ir-Riżorsi applikat ukoll biex tkun membru sħiħ f’IRENA (International Renewable Energy Agency). Hemm numru ta’ aġenziji u kunsilli internazzjonali fejn Malta tista tkun membru u l-World Energy Council huwa wieħed minnhom. Ma hemm l-ebda raġuni partikulari għaliex l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mhix membru tal-World Energy Council (WEC). Jekk l-Onorevoli interpellant jaħseb u għandu xi raġuni valida għaliex Malta għandha tkun membru tal-WEC li tmur oltre li xi ġirien tagħna huma membri naprezza jekk jinfurmani.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.