Home | Sitemap | Contacts

PQ 12048 - Rapport dwar trab iswed

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):


      Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11797 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien ikkummissjona l-Ministru tal-Ambjent ta' dak iż-żmien, l-Onor. Francis Zammit Dimech, dwar it-trab iswed mingħand grupp ta’ konsulenti Inglizi fis-sena 1999?

      Jista’ jgħid ukoll x’kien il-pjan ta’ azzjoni li wiegħed il-Ministru ta’ dakinhar u kemm gie implimentat minnu? Meta tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? X'wassal lill-awtoritajiet biex naqsu milli jindirizzaw din il-problema minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, aktar u aktar billi l-problema baqgħet tkarkar u tintensifika tul is-snin?

      Tweġiba:

      Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport ta' l-AEA Technology diga tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru Zammit Dimech fis-sena 2000. Dan ir-rapport ġie wkoll ippublikat fuq is-sit elettroniku tal-MEPA. Fuq l-istess sit elettroniku tista' ssib rapport ieħor li sar mill-MEPA fis-sena 2008. Il-links għal dawn ir-rapporti huma li ġejjin:

      Stacey report: http://www.mepa.org.mt/file.aspx?f=3983

      MEPA 2008 report: http://www.mepa.org.mt/file.aspx?f=3139

      Il-MEPA ntgħarrfet bil-problema fis-sajf tal-2007. F'dak iż-żmien nġabru xi kampjuni mingħand ir-residenti u dawn kienu ġew ikkaraterizzati permezz tal-iscanning electron microscope tal-laboratorju tal-MCR.

      Din l-analiżi kienet uriet li dan it-trab l-iswed kien kompost minn partiċelli tat-tip cenospheres. L-oriġini ta' dan it-tip ta' partiċella huwa il-ħruq tal-fossil fuels kif ukoll ta' ċertu tip ta' plastik.

      Ittieħdu ukoll kampjuni tal-bottom ash ta' wieħed mill-boilers tal-power station tal-Marsa, tan-nigrufun ta' karozza b'magna diesel u tal-grit li jintuża’ mill-Malta Shipyards għall-grit blasting. Meta dawn il-kampjuni tqabblu mat-trab l-iswed li nġabar mir-residenzi fil-Fgura u l-madwar, irriżulta li l-għamla (shape) tal-partiċelli mill-grit blasting u mill-magna diesel kienu differenti minn dik tal-partiċelli li nġabru mir-residenzi.

      Min-naħa l-oħra, il-bottom ash li nġabar mill-power station tal-Marsa kellu għamla (shape) simli. Pero prima facie, ir-range ta' daqsijiet tal-partiċelli huwa ta' bejn 26 u 100 micrometru bil-medja tkun ta' 66 micrometru. Filwaqt li l-partiċelli li nġabru mir-residenzi kienu daqsxejn ikbar, bejn 140 - 186 micrometru. Dan huwa stramb meta wieħed jikkunsidra li l-bottom ash huwa l-ash li jaqa' l-isfel u mhux dak l-ash li effettivament jintefa' fl-atmosfera.

      Tqabblet ukoll il-komposizzjoni kimika tal-partiċelli mill-bottom ash ma' dawk li nġabru mill-residenzi. Dawn it-testijiet urew li kemm il-partiċelli mill-bottom ash kif ukoll dawk li nġabru mir-residenzi kellhom ammont sustanzjali ta' kubrit (sulphur) għalkemm is-sinjal tal-partiċelli mill-power station kien darbtejn aktar qawwi minn dak tal-partiċelli mir-residenzi, li jista' jiġi interpretat bħala li jfisser li l-partiċelli mill-power station kellhom komposizzjoni għolja ta' kubrit.

      Ta' min jinnota ukoll li l-partiċelli mill-power station kellhom ukoll il-Vanadju (V), in-Nikil (Ni) li huma komponenti minuri tal-heavy fuel oil kif ukoll ta' Manjesju (Mg) li jiġi miżjud mal-fuel li jinħaraq fil-power station. Fl-ebda kampjun tat-trab iswed li nġabar mir-residenzi ma ġew rrilevati ammonti ta' dawn it-tlett metalli.

      Il-MEPA ħadet in kunsiderazzjoni li l-kampjuni li nġabru mir-residenzi setgħu kienu kkontaminati b'affarijiet oħra bħall-trab ieħor, ħamrija, etc u għalhekk iddeċiedet li qabel ma' taqta’ għal kollox il-possibilta' li l-power station hija s-sors ta' dan it-trab, tagħmel analiżi aktar dettaljata li tinkludi metodu ta' kampjonament differenti. Iżda meta ġiet biex tagħmel dan il-problema qisa’ waqfet. Fattur ieħor li ried jittieħed in kunsiderazzjoni huwa il-fatt li l-kampjun li ttieħed mill- power station kien bottom ash meta seta’ kien aħjar li jittieħed kampjun tal-flyash.

      Il-MEPA reġgħet bdiet tisma’ b'din l-issue fis-sajf li għadda u iddeċiediet li tieħu l-kampjuni mir-residenzi u mill-powers station u tibgħathom barra minn Malta għall-analiżi. Tard f'Awissu il-Mepa qiegħdet samplers f'erbgħa lokalitajiet fil-Fgura, iżda minħabba l-fatt li l-problema donnha naqset fl-intesita kif ukoll minħabba t-temp, għadha ma rnexxieliex tiġbor ammont tat-trab biżżejjed biex issir l-analiżi tiegħu skont il-ħtiġiet tal-laboratorju akkreditat.

      Sal-ġurnata tal-lum il-MEPA għadha għaddejja bi studji li jippruvaw jidentifikaw b'mod konklussiv is-sors ta' dan it-trab iswed.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.