Home | Sitemap | Contacts

PQ 12321 - Investigazzjoni interna dwar il-kostruzzjoni ta supermarket

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intern li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlet dwar l-investigazzjonijiet interni tagħha dwar il-kostruzzjoni tas-supermarket LIDL ġewwa Ħal-Luqa? Jista' jgħid meta ġie kkummissjonat u meta tlesta dan ir-rapport?

Tweġiba:

      Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-MEPA bord ta’ inkjesta interna twaqqaf fit-23 ta’ Lulju 2009. Dan il-Bord kellu jlesti r-rapport tiegħu sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009 u minħabba li ma tlestix ix-xogħol li kellu jagħmel talab estensjoni sa l-aħħar ta’ Novembru 2009.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.