PQ 12383 - Awtorità tad-Djar - każ ta inkwilin
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli JOHN DALLI (Ministru għall-Politika Soċjali):Jista' l-Ministru jgħid x’inhi il-policy tal-Awtorità tad-Djar meta persuna anzjana jkollha bin wild tagħha joqgħod magħha mit-twelid fir-rigward tat-titlu tal-post tal-gvern li tagħha hi tkun inkwilina kemm-il darba l-anzjana tiġi nieqsa?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy li tħaddan l-Awtorità tad-Djar fil-preżent meta l-inkwilini legali ta' post ta' Gvern jiġu nieqsa hi li l-kirja tgħaddi f'isem il-wild li jkun għex u trabba fl-imsemmi fond. Dan isir wara li jkun ssottometta d-dokumenti kollha u l-Awtorità tkun għamlet ir-riċerki tagħha.
Ta' min jgħid li darba l-providementi tal-liġi tal-kera jiġu fis-seħħ, l-Awtorità taħdem fil-parametri ta' dawn il-providementi. Dan mingħajr ma jintilef il-focus soċjali pero li jiġi assigurat li jiġu mgħajjuna dawk fil-bżonn tal-għajnuna.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






