Home | Sitemap | Contacts

PQ 12394 - injezzjonijiet FORSTEO

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli JOHN DALLI (Ministru għall-Politika Soċjali):

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12049 u 11822 u jinvestiga l-każ ta’ kostitwent li qed ikollu jħallas madwar €585 fix-xahar sabiex ikun jista’ jieħu l-injezzjonijiet FORSTEO, ħaġa li ilu jagħmel minn butu minn Mejju, 2009?

Skond ma ninsab infurmat huwa jeħtieġlu jieħu injezzjoni waħda kuljum għal 18-il xahar u l-ispiża msemmija tinkludi labar ta’ l-injezzjoni minbarra l-ispiża ta’ nurse privata kuljum biex jingħata dawn l-injezzjonijiet.

Ninsab infurmat li d-dettalji kollha tal-każ jinsabu f'idejn is-Segretarju Privat tal-Ministru, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn dan għarrfu f'Mejju li għadda li l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat.

Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex jieħu dawn l-injezzjonijiet? Huwa possibbli li dawn jingħataw b'xejn? Jekk le, huwa possibbli li dawn jinxtraw mill-Ispiżerija tal-Gvern biex wieħed jiffranka minn spiża kull xahar daqstant kbira?

Tweġiba:

      Informat li l-prodott Forsteo li fiħ il-mediċinali Teriparatide m’huwiex fuq il-formularju tal-Gvern però jingħata mis-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern lill-pazjenti li jinħtiġuħ fuq bażi individwali (named patient basis). Dawn il-pazjenti li huma intitolati għalih huma dawk li qed isofru minn osteoporożi severa ikkaġunata minn mediċinali ta’ jew marda kronika oħra li taqgħa taħt l-iskeda V, li fuqhom ġew ippruvati diversi mediċinali oħra fuq il-formularju u li ma kenux effettivi rigward l-osteoporożi u li kaġun ta’ dan qiegħdin ibgħatu jew qiegħdin f’riskju kbir ta’ ksur f’diversi għadam madwar ġisimhom.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.