PQ 12677 - Construction wastes
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali):Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12317 u jipprovdi statistika dwar construction waste li ġie dumped f’barrieri privati, b’lista sħiħa tagħhom mis-sena 2007 sal-lum? Kemm ġie dumped construction waste f’public landfills bħal Magħtab fl-istess medda ta’ żmien? Liema tenders jeżistu għad-dumping ta’ construction waste fil-Magħtab u kemm minnu qed jiġi riċiklat? Kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu? Jista' jikkonferma jekk fil-kaz tal-proġett ta’ Smart City dan il-construction waste qed jiġi dumped fl-offshore dumping zone?
Tweġiba:
Jien infurmat li rigward it-tieni u t-tielet domandi ma kienx hemm dumped construction waste f’public landfills bħall-Magħtab u lanqas jeżisti l-ebda tender għad-dumping ta’ construction waste fil-Magħtab. Dwar l-ewwel u r-raba’ u l-ħames mistoqsija nitlob l-Onor Membru biex jagħmilhom lill-Ministru kkonċernat.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






