Home | Sitemap | Contacts

PQ 12585 - Awtorità ta Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar - Air Monitoring Units

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

Billi qed ikun hemm diversi waqtiet li fihom iż-Żejtun/Msida Air Monitoring Units mħaddmin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhux dejjem joffru data online li mbagħad aktar tard titfaċċa, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk din id-data meta titfaċċa, tkunx qed tidher in real time jew hix qed tiġi fed minn terzi fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar stess fi stadju ulterjuri?

Tweġiba:

      Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba raġunijiet tekniċi fl-ipproċessar tad-data li tinġabar in real time u tiġi pproċesata mis-server fil-Floriana, r-riżultati murija mill-Monitoring Units msemmija ma jkunux mmedjati iżda dipendenti mill-update tad-data li ssir kuljum fit-3:00am. Ċirkustanzi oħra li jwasslu għal dewmien jinkludu ħsarat fl-appart jew qtugħ fil-provista tad-dawl. Ta' min isemmi li ma jkun hemm l-ebda interventi minn terzi fil-ġbir u fl-ipproċessar tad-data.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.