PQ 12494 - Awtorità ta Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar - compliance certificates - self regulatory
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12213 u 11956 u ċioe: Billi s-sistema tal-compliance certificates hija self regulatory b’responsabilità fuq il-perit, jista’ jgħid x’sistema ta’ awditjar teżisti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jiġi assigurat li ma jinħarġux dawn iċ-ċertifikati fuq bini li mhuwiex skond il-permess? Kemm mill-24,851 talba msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11610 saret spezzjoni fuqhom mill-enforcement officer qabel ma nħareġ iċ-ċertifikat? Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009, kemm kien hemm talbiet għal compliance certifactes pendenti quddiem l-awtorità? Kemm minn dawn it-talbiet ilhom pendenti aktar minn xaharejn? Kemm minnhom ilhom pendenti aktar minn erba’ xhur?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal-compliance certificates (CMP) kif imħaddma bħalissa tistrieħ fuq id-dikjarazzjonijiet u l-informazzjoni li jingħataw mill-periti li jissottomettu applikazzjonijiet għal dawn il-Compliance Certificates. Il-periti huma responsabbli għall-informazzjoni li jiddikjaraw fil-formoli apposta li jissottomettu. Hu mifhum li tali nformazzjoni u dikjarazzjonijiet mogħtija mill-periti huma perfettament korretti, eżatti u dan kemm skond l-etika professjonali kif ukoll skond il-ftehim li kien sar mal-Kamra tal-Periti dwar il-ħruġ ta' dawn il-Compliance Certificates mill-Awtorita`. Mill-banda l-oħra, xorta jsiru spezzjonijiet mill-Uffiċjali ta' l-Infurzar tal-MEPA fuq il-każijiet li mhumiex żgħar, fuq il-każi li m’humiex fiż-Żona ta' Żvilupp, jew fejn ikun hemm xi informazzjoni ambigwa jew nieqsa, qabel jinħarġu Compliance Certificates. Normalment, ma jsirux spezzjonijiet biss fuq żvilupp ta' natura meqjusa bħala relattivament iżgħar (u li jinsabu fiż-żona ta' żvilupp) qabel jinħarġu l-compliances certificates.
Ma teżistix għodda diġitali li tista` tikkwantifika kemm saru spezzjonijiet mill-Uffiċjali ta' l-Infurzar rigward talbiet għal Compliance Certificates. Pero` wara li jitqies kemm ġew irrifjutati jew irritornati talbiet, u kemm inħarġu ċertifikati skond il-kategorija tan-natura ta' żvilupp, hu kkalkulat li saru spezzjonijiet fuq madwar 75% tal-każijiet - għalkemm din hi figura li għandha tittieħed bħala li hija approssimattiva ħafna.
Rigward l-aħħar parti tal-interpellanza, ninforma illi fl-aħħar ta' Ottubru kien hemm 456 talba pendenti għal Compliance Certificates quddiem l-Awtorita` u li qegħdin ikunu ipproċessati. Minnhom 107 ilhom iktar minn erba' xhur, u hemm 21 oħra li ilhom iżjed minn xahrejn (total ta' 128).
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






