Home | Sitemap | Contacts

PQ 12721 - Awtorità ta Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar - moniteraġġ tat-tniġġiż fl-arja

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm xjentisti impjegati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li huma direttament responsabbli mill-moniteraġġ tat-tniġġiż fl-arja? X'responsabbiltajiet oħra għandhom dawn l-impjegati?

Tweġiba:

      Ninsab infurmat li b’kollox hemm 4 ħaddiema involuti b’xogħol relatat mal-moniteraġġ tal-arja. Hemm xjentist impjegat b’responsabbilità mill-moniteraġġ tat-tniġġiż fl-arja. Dan l-impjegat responsabbli prinċipalment mill-aspetti xjentifiċi tat-tħaddim tan-network ta' monitoraġġ kif ukoll tal-ipproċessar u rapporti tad-data kollha li tiġi ġġenerata minn din in-network. Hemm ukoll Inġinir u żewġ tekniċi oħra li huma impjegati direttament fuq xogħol tekniku li għandu x'jaqsam mat-tħaddim tan-network tal-monitoraġġ.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.