Home | Sitemap | Contacts

PQ 13022 - VAT Department review

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli TONIO FENECH (Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment):

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix xogħol tal-VAT Department review? Meta nbeda u meta mistenni jiġi konkluż? Kemm-il laqgħa saret tal-kummissjoni msemmija minn kemm ilha mwaqqfa taħt kull chairman rispettiv li kellha?

Tweġiba:

      Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord ġie mwaqqaf fis-7 t'Ottubru, 2009 u kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fil-15 t'Ottubru. Sal-lum il-Bord iltaqa' seba' darbiet. Ix-xogħol miexi kif mistenni u l-Bord qed jippjana li jlesti x-xogħol tiegħu f'Jannar 2010.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.