PQ 13023 - Football Ground, Gzira United, xogħlijiet
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli DOLORES CRISTINA (Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport):B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti li jmorru lura għal legislaturi oħrajn, tista' l-Ministru tindika:
a) x'inhuma l-prospetti li Gżira United ikollhom il-football ground tagħhom bħala parti mill-proġett ta' Manoel Island kif imwiegħed kuntrattwalment?
b) saru xi kuntatti mill-Gvern mal-promoturi tal-proġett biex jiġi żgurat li din il-wegħda tiġi implimentata mingħajr aktar dewmien, iżjed u iżjed meta għadu mhux magħruf mill-klabb kif se jibqgħu dwar titlu jew ċens u għad m'hemm ebda indikazzjoni meta x-xogħol fuq il-ground ser jinbeda?
ċ) Taf li skond kif indikat f'dan l-istess parlament ix-xogħol kellu jibda fl-ewwel kwart tas-sena 2006?
d) Taf li sal-lum għad lanqas biss hemm permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
e) Ġaladarba l-Gvern kien intrabat kuntrattwalment mal-MIDI Malta dwar dan il proġett kollu kemm hu tal-iżvilupp ta' Tigne u Manoel Island, ma tħossx li kemm il-Minsiteru nnifsu flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport għandhom jaħdmu id f'id mal-promoturi u l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw li din il-wegħda kuntrattwali tiġi onorata mingħajr aktar dewmien?
Tweġiba:
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1297.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






