PQ 12986 - Air monitoring station - sulphur dioxide
L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12720 u jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijiet fejn il-livell tal-sulphur dioxide (SO2) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station ta' Kordin, qabeż il-livell kif regolat mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?
Tweġiba:
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Jannar sal-lum ma kienx hemm hinijiet fejn il-livell tas- sulphur dioxide (SO2), hekk kif imkejjel mill-air monitoring station ta' Kordin, qabez il-livell kif regolat mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea.
Please visit the PQs archive for a list of available questions.






