Home | Sitemap | Contacts

PQ 13024 - Bini ta parlament ġdid

L-Onorevoli LEO BRINCAT staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

Billi l-pjan strutturali jgħid li Parliament and Ministries will concentrate in the Palaces and Auberges of Valletta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja dan kollu mal-pjanijiet tal-Gvern li jibni Parlament ġdid qrib Bieb il-Belt?

Tweġiba:

      Peress li l-ħsieb tal-Gvern hu li jirrestawra l-Palazz tal-Gran Mastru għall-funzjoni nazzjonali ewlenija li bis-saħħa tagħha tiġi esposta l-identità, l-istorja u l-kultura rikka tal-poplu Malti u Għawdxi; hu allura neċessarju li l-Parlament u l-uffiċini l-oħra kollha (ħlief dawk tal-President) joħorġu barra mill-Palazz. Meta wieħed jeżamina l-għażliet li jeżistu fil-Belt Valletta dwar Bereġ u Palazzi, wieħed bilfors jasal għall-konklużjoni li l-aħjar għażla tkun binja ġdida fis-sit li ġie indikat.

Please visit the PQs archive for a list of available questions.